Reference: 1361/1993/1

Judgement Details


Date
29/04/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BUTTIGIEG SAVIOUR vs FINO LAWRENCE ET NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH IN SUBBASTA, TRASFERIMENT FI ZMIEN SENA MILL-ISKRIZZJONI TAD-DIGRIET GHALL-IRKANT - DRITT TA` PROPRJETA`, NECESSITA` TAL-INSINWA TA` TRASFERIMENT TA` IMMOBBLI SABIEX DAN IKOLLU VALIDITA` ERGA OMNES
Summary
L-Artikolu 352 (1) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili, li jistipula hekk:

"352.(1) Kull trasferiment ta' immobbli jew ta' jeddijiet imghaqqdin ma' immobbli, maghmul mid-debitur,fi zmien sena li tibda mid-data ta' l-iskrizzjoni, originali jew imgedda, tas-sentenza jew tad-digriet li bih jigi ordnat l-irkant ta' dik il-proprjeta' jew jeddijiet, huwa null fl-interess ta' dak lifuq talba tieghu s-sentenza jew id-digriet ikunu gew moghtija."

Tali digriet u iskrizzjoni ghandhom validita' skond kif jiddisponi l-Artikolu 351 (1) u (2) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili, li jistipula hekk:

"351. (1) Jekk il-kreditur ihalli wieqaf l-irkant ghal izjedminn sena, l-atti kollha ta' l-irkant isiru nulli.

(2) F'kull kaz, l-effetti tad-digriet libih ikun gie ordnat l-irkant ta' immobbli jew ta' jeddijiet imghaqqdin ma' immobbli, jispiccaw, rigward it-terzi, eghluq is-sena mill-iskrizzjoni msemmija fl-artikolu 306, kemm-il darba f'dak iz-zmien, fuq talba tal-kreditur esekutant, l-iskrizzjoni ma tkunx giet imgedda."

A termini ta' dan l-ahhar artikolu, l-effetti ta' l-iskrizzjoni tad-digriet dwar il-bejgh subasta jibqghu in vigore ghal zmien sena mid-data ta' l-iskrizzjoni taghhom, sakemm ma jigux imgedda. Dan japplika anke jekk il-proceduri jithallew wieqfa.

Il-ligi tippreskrivi illi fl-istess perjodu ma jistax isir ebda trasferiment tal-proprjeta' milquta mid-digriet, u jekk isir xi trasferiment, dan ghandu jitqies nullabbazi ta' dak li hemm mahsub fl-Artikolu 352 (1).

Jekk l-effetti ta' l-iskrizzjoni tad-digriet dwar il-bejgh subasta ma jibqghux in vigore, trasferiment ta' proprjeta` ikun validu.

Il-principju prius in tempore potior in Iure ma japplikax ghad-data li fih gie ppublikat il-kuntratt, izda ghad-data li fih il-kuntratt jigi registrat fir-Registru Pubbliku. L-artikolu 996 tal-Kodici Civili fil-fatt jiddisponi li quddiem terzi, "kull kuntratt li bih tigi ttrasferita l-proprjeta' ta' hwejjeg immobbli, jew jedd iehor fuq dawk il-hwejjeg, ma jibdiex, f'ebda kaz, ikollu sehh hlief mill-waqt li dak il-kuntratt jigi mnizzel fl-ufficcju tar-Registru Pubbliku".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info