Referenza: 66/1999/3

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
TABONE COMPUTER CENTRE LTD. vs DIRETTUR TAT-TELEGRAFIJA MINGHAJR FILI E
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, KWISTJONIJIET TA` NATURA KOSTITUZZJONALI
Fil-Qosor
Il-gurisdizzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali u dik tal-Qorti ta' l-Appell huma ben delineati u distinti. Infatti l-istess Qorti ta' l-Appell, bhal kull Qorti ohra li ma tkunx il-Prim'Awla (li ghandha gurisdizzjoni originali in materja) jew il-Qorti Kostituzzjonali (li hija l-Qorti tat-tieni grad f'dawk il-kazi kollha elenkati fil-paragrafi (c) sa (f) tas-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 95 tal-Kostituzzjoni) hija prekluza milli tiehu konjizzjoni ta' kwistjonijiet dwar il-ksur ta' xi wahda mid-disposizzjonijiet tal-artikoli 33 sa 45, u sahansitra jekk tali kwistjoni titqanqal fl-istadju ta' l-appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell dik il-Qorti ghandha tibghat il-kwistjoni quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili kemm-il darba fil-fehma taghha t-tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx semplicement frivola uvessatorja. Il-posizzjoni hija identika ghal dak li jirrigwarda l-Kap. 319 - ara l-Art. 4(3) ta' l-imsemmi Kapitolu.

Mill-banda l-ohra il-Qorti Kostituzzjonali oltre l-gurisdizzjoni specifikatament imsemmija fil-paragrafi (a) sa (e) tas-subinciz (2) ta' l-Artikolu 95 tal-Kostituzzjoni, ghandha ukoll, skond il-paragrafu (f) tal-istess subinciz, il-jedd li tiehu wkoll konjizzjoni ta'"kull kwistjoni deciza minn Qorti ta' gurisdizzjoni originali f'Malta flimkien ma xi wahda mill-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi ta' qabel ta' dan is-subartikolu (li huma kwistjonijiet purament ta' natura kostituzzjonali) li minnha jkun sar appell lill-Qorti Kostituzzjonali."

Dan jfisser li, possibilment sabiex tigi evitata l-proliferazzjoni ta' appelli, meta l-Qorti Kostituzzjonalitkun adita biex tiehu konjizzjoni ta' appell li jaqa' strettament fil-parametri tal-gurisdizzjoni taghha, dik l-istess Qorti, qua l-ghola Qorti tal-pajjiz, ghandha wkoll il-jedd li tikkunsidra u tiddecidi fuq kull kwistjoni ohra in kawza li ma tkunx prettament ta' natura kostituzzjonali. L-istess, pero`, ma jistax jinghad ghall-Qorti ta' l-Appell li ma jidhirx li ghandha dritt li, f'appelli mressqa quddiemha, tikkunsidra wkoll u tiddecidi fuq materja ta' natura kostituzzjonali jew ta' natura konvenzjonali (i.e. li johorgu mill-Kap. 319).

Fil-proviso ghall-paragrafu (f) tas-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 95 jinghad li f'kaz ta' sitwazzjoni mista bhalma tissemma' fil-paragrafu (f), ikunpermess ukoll li jingieb appell separatament quddiem il-Qorti ta' l-Appell, dan naturalment fuq materja li tkun fil-gurisdizzjoni tal-istess Qorti . Ghalhekk meta sentenza tal-Prim'Awla tkun ikkunsidrat kemm materja ta' ligi ordinarja kif ukoll kwistjonijiet ta' natura kostituzzjonali jew konvenzjonali, il-parti sokkombenti tista`, jew tressaq l-appell taghha quddiem il-Qorti Kostituzzjonali u titlob li dik il-Qorti tiddecidi mhux biss fuq kwistjonijiet ta' natura kostituzzjonali jew konvenzjonali izda wkoll fuq kull haga ohra deciza mill-ewwel Qorti, jew alternattivament tressaq appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali limitatament ghal dawk il-kwistjonijiet prettament ta' natura kostituzzjonali jew konvenzjonali u appell iehor, mill-istess sentenza, quddiem il-Qorti ta' l-Appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni