Referenza: 237/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/03/2004
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GRECH MARIO NOEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, INDICATOR - KOLLIZJONI, KIF GHANDU JSIR SORPASS - KOLLIZJONI, RIGHT TURN - PROCEDURI KRIMINALI, DRITT GHAL ASSISTENZA LEGALI
Fil-Qosor
Jekk l-imputat meta ma jkunx assistit jiddikjara li ma jkunx jixtieq jixhed fl-assenza ta' l-avukattieghu dan ikun qieghed implicitament jitlob assistenza legali u huwa dmir tal-Qorti li tipprovdilutali assistenza. Izda verbal fis-sens li d-difiza ma kienx ghad fadlilha aktar provi ma jistax jitqies bhala dikjarazzjoni ta' dan it-tip. Dikjarazzjoni bhal din, bl-ebda tigbid ta' l-immaginazzjoni,ma tista tittiehed bhala xi talba implicita ghal assistenza legali.

Il-fatt li sewwieq jixghel l-indicator ma jaghtihx xi dritt assolut li jaghmel dak li qed jindika li bi hsiebu jaghmel peressli dan is-sinjal jindika biss l-intenzjoni tas-sewwieq, cioe` dik li juri fi zmien adegwat minn qabel x'inhi l-manuvra li jrid jaghmel.

Il-fatt li sewwieq jixghel l-indicator tieghu ma jfissirx li hu jista' jaqbad u jaghmel il-manuvra tieghu minghajr ma jiehu wkoll, u minn qabel, kull prekawzjoni mehtiega biex jara li ma jigix kawzat xi incident. L-obbligu tal-'proper lookout' , tas-sewqanprudenti, jibqa' xorta wahda fuq kull sewwieq, irrispettivament jekk jixghelx l-indicator jew le. L-indicator ismu mieghu, juri jew jindika biss dak li bi hsiebu jaghmel is-sewwieq, u ma jaghtih ebda dritt li jaghmel xi manuvra minghajr ma wkoll jesplora dak kollu li qed jigri madwaru.

Sewqan prudenti jitlob li meta wiehed sejjer jaghmel manuvra konsistenti f'right hand turn hu ghandu jixghel l-indicator f'hin u distanza adegwata qabel il-punt fejn irid jaghmel ir-right turn', jieqaf ezattament qabel ma jibda jdur u jesplora t-triq sewwa, minn kull naha u angolu, sabiex jara li ghandu'a clear way' qabel ma jkompli bil-manuvra li jrid jaghmel. Hu biss wara li jara li ma hemm ebda traffiku iehor fil-vicinanzi tieghu li sewwieq prudenti ghandu jaghmel il-manuvra ta' 'a right hand turn'. Ovvjament, sewwieq f'tali cirkostanzi jibqa' obbligat wkoll li jara anke jekk hemmx xi traffikugej warajh jew jekk hemmx xi traffiku li gja` beda jissorpassah fil-mument li hu jibda jaghmel il-manuvra tar-'right hand turn'.

In-nuqqasijiet ta' min sejjer jaghmel right hand turn pero` majezonerawx awtomatikament lil min ikun gej minn warajh mir-responsabbiltajiet tieghu. Il-manuvra ta'sorpass effettivament hi manuvra delikata u ghandha ssir bil-prudenza mehtiega u biss meta s-sewwieq li jixtieq jeffettwa tali manuvra jkun assigura ruhu li jista' jaghmel hekk minghajr dannu jew periklu ghalih innifsu u ghal haddiehor. Fil-kaz in ezami l-appellant stess ammetta mal-pulizija li kien ra l-indicator tal-vettura ta' quddiemu tixghel. Pero` huwa ddecieda li jibqa' ghaddej u jeffettwas-sorpass ghax "ma hasibx li ser jaqsam".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni