Reference: 77/2002/1

Judgement Details


Date
12/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CASSAR EDWARD vs SAMMUT FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NULLITA` FUQ IL-BAZI LI PERSUNA TKUN ASSENTI MINN MALTA - NOTIFIKA, HATRA TA` KURATURI DEPUTATI - RITRATTAZZJONI, QERQ - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
L-artikolu 811 (a) u (l) tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Is-sub-artikoli (a) u (l) ta' l-Artikolu 811 tal-Kap. 12 jipprovdu li hemm lok ghar-ritrattazzjoni tal-kawza meta:

(a) is-sentenza tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra,

(b) jekk is-sentenza kienet effett ta' zball li jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza. Ghall-finijiet ta' dan il-paragrafu, jitqies li hemm dak l-izball fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita' tieghu tkun bla edba dubju eskluza, jew fuq is-supozizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-verita' tieghu tkun stabbilita' pozittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx punt ikkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza.

Ir-ritrattazzjoni tista' tintalab biss f'kaz ta' "dolo personale". Dan ifisser li mhux kwalunkwe qerq jista' jwassal ghar-ritrattazzjoni ta' kawza, izda hu mehtieg li dan ikun ipprattikat mill-parti l-ohra fil-kawza, u s-sentenza inghatat fuq ic-cirkostanzi li jirrizultaw minn dak il-qerq. Biex tithassar sentenza fuq allegazzjoni ta' qerq, irid jirrizulta li dak li jkun kien gie impedut milli jressaq difiza ghall-allegazzjoni tal-parti l-ohra. Dan ifisser li l-qerq uzat irid ikollu effett fuq id-decizjoni, b'mod lis-sentenza ma kienetx tinghata kif inghatat li ma kienx ghall-qerq uzat.

Mhux kwalunkwe dolojew ingann ta' parti kontra l-ohra jista' jaghti lok ghal rimedju straordinarju ta' ritrattazzjoni,izda meta minhabba raggiri jew l-attijiet frawdolenti tal-parti avversarja, dan ikun gie mqieghed fl-impossibilita' ta' difiza gusta u tajba.

Wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li r-rimedju ta' ritrattazzjoni hu ta' indoli straordinarja, lumeggjat dan il-karattru straordinarju bl-istorja ta'dan l-istitut; bil-konsegwenza logika illi r-regoli li jiggovernaw l-istess istitut huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest ta' ritrattazzjoni, il-litigant sokkombent ikun jista' jerga' jiftah il-kawza, u b'hekk indirettament jinholoq tribunal tat-tielet istanza.

Parti f'kawza m'ghandha ebda obbligu toqghod tigri wara l-parti l-ohra biex tara li dan jiehu interess fil-kawza; darba saret in-notifika, sta ghall-partijiet li jsegwu huma stess il-kawza u jibqghujuru l-interess fiha sa' l-ahhar. Minhabba dik id-dikjarazzjoni ta' l-avukat tal-parti l-ohra, il-konvenut ma setax jibqa' sejjer bil-kawza; darba saret dikjarazzjoni li hemm parti imsiefra "ghal kollox", min kellu interess li l-kawza tissokta, kellu jillegittima l-atti, u jiehu l-passi l-mehtiega biex dan isir.

Il-fatt li c-citazzjoni tigi intavolata kontra kuraturi, meta fil-fatt, il-konvenut ikun qieghed hawn Malta, ma jgibx ghan-nullita' tac-citazzjoni u l-kawza tista' titkompla, bid-dritt tal-konvenut sabiex, fi kwalunkwe stadju, jassumi l-atti tal-kawza minflok il-kuraturi mahtura.

Skond l-artikolu 931 (2) tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, dan il-bandu ghandu jigi notifikat lil wiehed mill-eqreb qraba tal-persuna li ghandha jkollha kuratur li jidher ghaliha, u jekk ebda qarib ma jkun maghruf, din il-kopja ghandha tigi notifikata lil xi hadd iehor maghruf bhala li hujew li kien "habib" tal-persuna li ghandha interess. Avukat ta' parti f'kawza huwa meqjus bhala mandatarju tal-klijenti tieghu, b'mandat specjali ghall-finijiet tal-kawza, u bhala tali jista' jitqiesli ghandu relazzjoni ta' "hbiberija" li titwieled bir-relazzjonijiet kuntrattwali ta' bejniethom.

Qabel, pero', ma jidhol il-"habib" in xena, hemm bzonn li, fl-ewwel lok, il-bandu ghall-hatrata' kuraturi jigi notifikat lill-qarib jekk hu maghruf.

Biex l-izball ta' fatt jaghti kawza ghar-revokazzjoni tas-sentenza, jehtieg, kif jikteb Mattirolo - (1) Illi l-izball ikun zball materjali ta' fatt, u mhux zball ta' kriterju jew ta' interpretazzjoni; (2) Illi l-izball jirrizulta mill-atti u dokumenti tal-kawza, u ghalhekk hija assolutament inammessibbli l-produzzjoni ta' atti u dokumenti godda biex tigi fornita l-prova ta' l-izball; (3) Illi l-istess zball ikun manifest, tali, cioe', li jimergi mis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet tas-sentenza u l-atti u d-dokumenti tal-kawza; b'mod li jkun jidher prodott eskluzivament mis-semplici inavertenza tal-gudikant; (4) Illi l-izball ikun iddetermina d-decizjoni, jigifieri illi s-sentenza, vizjata b'dak l-izball, ma' tistaxtigi sorretta minn xi ragunijiet ohra indipendenti minn dik zbaljata; u (5) Illi l-ezistenza jew inezistenza tal-fatt li fih manifestament ikun zbalja l-gudikant ma tkunx punt kontradett u diskuss bejn il-partijiet, u li fuqu s-sentenza tkun ippronunzjat ruhha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info