Referenza: 85/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ST. GEORGE'S BAY HOTEL LIMITED vs BAY STREET HOLDINGS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, META L-PREMESSI JEW IT-TALBIET MA JAGHMLUX REFERENZA GHAL WIEHED MILL-KONVENUTI - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - ECCEZZJONIJIET, INTEMPESTIVITA` - GHAMLA TA` L-INTERPELLAZZJONI MEHTIEGA - ECCEZZJONIJIET, INTEMPESTIVITA` - IUS SUPERVENIENS - ECCEZZJONIJIET, INTEMPESTIVITA` - NATURA TA` L-ECCEZZJONI
Fil-Qosor
Hawnhekk giet sollevata eccezzjoni tan-nullita` tac-citazzjoni fuq il-bazi illi fl-ebda waqt fl-atttac-Citazzjoni ma jinghad min minnhom qieghed jigi mixli bl-ghamil li minnu tilmenta l-kumpannija attrici.

Il-Qorti irriteniet li ghalkemm huwa minnu li l-ebda wahda mill-kumpanniji mharrkinma tissemma b'isimha fil-korp tac-Citazzjoni, il-kumpannija attrici taghmilha cara li hija qeghda tixli lill-kumpanniji kollha li hija harrket bl-ghamil li minnu hija tilmenta. Daqstant iehor hija timmira t-talbiet taghha lejhom ilkoll. Fi kliem iehor, mill-aspett ghal kollox formali tal-att tac-Citazzjoni, l-azzjoni hija maghmula daqslikieku ghal kull premessa u ghal kull talba jissemmew l-imharrkin kollha kull darba. Din l-ghamla ta' tfassil ta' att gudizzjarju tigri kull darba li l-partiattrici tressaq pretensjonijiet dwar l-istess fatt guridiku kontra aktar minn persuna wahda. Haddma jigih f'mohhu li, f'kaz bhal dak, jinsisti li kull fatt jew ghamil attribwit lil kull wiehed mill-partijiet imharrka jew intimati ghandu jigi kategorikament marbut ma' dik il-parti mharrka jew intimata;

Id-dikjarazzjoni ta' nullita' tal-atti gudizzjarji hija sanzjoni radikali li ghandha tintuza eccezzjonalment biss u meta ma jistax isir mod iehor. Meta l-ebda kawzali jew l-ebda talba attrici ma taghmel stat fil-konfront ta' xi whud minnhom, jezisti rimedju procedurali li m'huwiex it-thassir tal-att gudizzjarju (il-liberazzjoni mill-osservanza tal-gudizzju) u dan wara li jigi mistharreg jekk dak li tallega fil-konfront taghhom il-kumpannija attrici huwiex minnu jew le.

L-eccezzjoni tal-intempestivita' hija wahda ta' natura dilatorja u ghalhekk ghandha titqajjem u tigi mistharrga fil-bidu tal-kawza. M'hemmx ghalfejn jinghad li f'dan il-kaz il-piz tal-prova jaqa' fuq l-imharrkin fuq il-massima li reus in excipiendo fit actor, u huma mehtiega l-istess provi fi grad talili ssoltu jaqa' fuq attur dwar il-pretensjonijiet tieghu. Minbarra dan, minhabba li l-effett ta' ezitu favorevoli ghal eccezzjoni ta' intempestivita' huwa dak li jehles lill-parti mharrka milli tibqa' izjed fil-kawza, bil-jedd tal-parti attrici li terga' tibda procedura meta jghaddi t-terminu li kien inghata, l-eccezzjoni trid tintlaqa' meta tassew tkun pruvata u dan fuq il-massima li azzjoni tigi salvata jekk dan huwa possibbli. B'zieda ma' dan, huwa wisq possibbli li jidhlu fis-sehh ir-regoli tal-Jus Superveniens;

F'azzjoni li ma tkunx ta' natura kontrattwali fejn il-kostituzzjoni in mora qeghda tintalab, u fejn l-interpellazzjoni b'att gudizzjarju hija stabilita mil-ligi, johrogli kull ghamla ta' interpellazzjoni pruvata sservi biex twissi lill-kumpanniji mharrkin bin-nuqqas lilhom attribwit.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment