Referenza: 1366/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
RANGER COMPANY LIMITED vs EURO IMPORTS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT KAWTELATORJU, SIGURTA` ADEGWATA - KAPITAL AZZJONARJU - MANDAT TA` SEKWESTRU, HWEJJEG LI JIDDETERJORAW BIZ-ZMIEN
Fil-Qosor
Il-fatt s-socjeta' sekwestrata jkollha kapital imhallas (fully paid up) ingenti, ma jfissirx la li dawn il-flus huma facilment available ghall-kredituri taghha, u lanqas li dak il-kapital ghadu jezisti. Is-socjeta' sekwestrata, jista' jkun, investit din is-somma fin-negozju taghha, izda dan ma jfissirx li dan l-investiment ghadu ezistenti.

Il-garanzija alternattiva li s-sekwestrat irid joffri biex jissodisfa l-vot tal-artikolu 836 (1)(e), trid tkun wahda soda u cara, u trid tikkonsisti fiflus li jkunu kemm jew f'assi li jkunu facilment realizzabbli.

Fil-kaz ta` mandat ta` sekwestru kawtelatorju, il-Qorti ma tkunx tista' tipprocedi ghal bejgh tal-affarijiet li jithassru "bil-mod li jidhrilha xieraq" (artikolu 345 tal-Kap 12), b'mod li, allura, tista' tipprovdi ghall-bejgh bid-debita speditezza. L-oggetti sekwestrati b'Mandat kawtelatorju jridu jigu preservati sakemm tigi deciza l-kawza fil-mertu, u jekk dawk l-oggetti jaslu biex jghaddilhom is-"sale by date", ma jkunu ta' siwi ghall-hadd. Ghalhekk, il-Qorti ezentat mill-effetti tal-Mandat ta' Sekwestru in kwistjoni oggetti jew merkanzija li kull ma jmorru izjed jithassru.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni