Reference: 965/1985/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG JOSEPH vs VASSALLO EMANUELE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KUNCETT TA` VJOLENZA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, NATURA TA`
Summary
Fl-assenza ta' definizzjoni normativa tal-kuncett ta' l-ispoll id-duttrina u l-gurisprudenza prevalenti jidentifikaw is-sostanza tieghu ma' l-imgieba fejn l-ezitu hu dak li ttellef lil possessur jewdetentur is-setgha fuq il-haga li taghha ghandu pussess jew detenzjoni. Oltre ghal dan it-telf jewprivazzjoni, b'dannu ghall-ispoljat, hemm ukoll fl-istess nozzjoni ta' l-ispoll il-fatt ta' l-impossessament da parti ta' l-ispoljatur.

Huwa proprju ghalhekk li "f'kawza ta' spoll 'de recenti'jew privileggjat, ma ghandux jitqies hlief il-pussess jew detenzjoni ta' l-ispoljat u l-ispoll ta' l-ispoljatur.

Ghalhekk ukoll f'kawzi ta' din ix-xorta ma humiex permessi hlief eccezzjonijietdilatorji (Artikolu 791, Kap. 12). Tant li fis-subinciz (3) ghal dan l-ahhar imsemmi Artikolu jinghad expressis illi "l-qorti ghandha tezamina biss il-fatt tal-pussess jew tad-detenzjoni, u l-fatt ta' l-ispoll".

Dan kollu ma jistax hlief ifisser li dak li jikkoncerna mill-qrib lill-Qorti f'azzjoni konsimili hi t-tutela tal-pussess u li jassikura illi kull att arbitrarju li jmur kontra l-volonta` tal-persuna spoljata jigi mwarrab u l-persuna spoljata debitament re-integrata. Dan fuq l-istregwa ta' l-aforisma "spoliatus ante omnia restituendum".

L-actio spolii hija radikata pjuttost fuq l-ezercizzju ta' utilita` socjali milli fuq il-principju assolut tal-gustizzja, u hija eminentement intiza sabiex tkun estiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pussess, u jigi impedut lic-cittadin privat jiehu l-gustizzja b'idejh; b'mod li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat.

Una volta ippruvata l-kommissjoni ta' l-att spoljattiv, l-attur ma kienx jehtieglu jaghmel il-prova tal-legittimita tal-pussess turbat jew li jiggustifika l-ezercizzju tal-"potere di fatto". Dan ghaliex f'azzjoni simili hu sostenut mill-massima "possideo quie possideo", u ghalhekk il-pussess tieghu seta' anke kien wiehed in mala fede.

Kwantu ghar-rekwizit li l-ispoll kien wiehed "vjolent" jinsab ritenut li biex dan jigi sodisfatt "ma hemmx bzonnil-'vis atrox', cioe` xi vjolenza fizika jew morali fuq il-persuna tal-possessur, imma bizzejjed il-vjolenza fuq il-haga; liema vjolenza tavvera ruhha jekk l-opera spoljatrici tkun saret kontra l-kunsens tas-sid. Tali komportament da parte ta' l-ispoljatur ghandu certament l-iskop li jimpedixxi l-liberu ezercizzju tal-pussess. Bizzejjed ghalhekk "dimunizzjoni tal-pussess, tfixkil fid-drittijiet,jew hsara lil min isofri l-ispoll.

Il-"klandestinita`" tirreferi, imbaghad, ghall-istat ta'injoranza fl-ispoljat li kellu jsib ruhu fl-impossibilita` li jkun jaf bil-fatt kostituttiv ta` l-ispoll fil-mument li dan isehh.

Il-ligi taghna, ghall-finijiet ta' l-azzjoni ta' spoll privileggjat tikkonsidra sufficcjenti li jkun hemm ir-rekwizit tal-vjolenza jew tal-klandestinita` u mhux lijkun hemm iz-zewg rekwiziti f'daqqa.

It-terminu ta' xahrejn li fih l-attur irid jiddeduci l-pretensjoni tieghu huwa element essenzjali ta' din l-azzjoni li jehtieg li jigi konkludentement pruvat mill-attur.

Il-perjodu tad-dekadenza ghall-ispoll, privileggjat jew semplici, jiddekorri mid-data tal-kummissjoni u mhux 'a die scientiae'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info