Reference: 2101/1998/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
DIRETTUR TAL-KUNTRATTI vs CLEANWELL SERVICES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEZERZJONI, APPLIKAZZJONI GHALL-PROCEDURI MIBDIJA B`CITAZZJONI - DEZERZJONI, KAWZA GHANDHA TITQIEGHED FUQ IL-LISTA TAL-KAWZI SOSPIZI SABIEX EVENTWALMENT ISSEHH ID-DEZERZJONI
Summary
F'materja ta' dezerzjoni - bhal f'kull materja ohra procedurali li b'xi mod tincidi fuq il-validita`ta' l-atti u proceduri - il-ligi ghandha tigi interpretata b'mod ristrett u b'mod li, sa fejn hu possibbli li legalment hekk isir, jigu salvati l-atti jew il-proceduri.

Ghalhekk l-espressjoni"ghandha titqies" fl-Artikolu 963(5)(a) ma tistax tinghata interpretazzjoni aktar wiesa' minn dik moghtija mill-legislatur. Kawza quddiem qorti ta' l-ewwel grad li l-proceduri bil-miktub ma jigux maghluqa fiz-zmien perentorju msemmi fis-subartikolu (1) ta' l-Artikolu 963, bhala x'hiex "ghandha titqies"? Ir-risposta hija cara: ghandha titqies bhala (i) kawza li tkun tqeghdet fuq il-lista' ta' kawzi ghas smigh, u (ii) bhala kawza li tkun, b'ordni tal-Qorti, thalliet sine die.

Sa hawnhekkbiss twassal l-espressjoni "shall.be demmed to be".

Is-socjeta` appellanti argumentat li li tali kawza "ghanda titqies" ukoll li tqeghdet fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 964(1) (lista tal-kawzi li jkunu thallew sine die jew xort'ohra imwaqqfin). Tali interpretazzjonima hix gustifikata.Il-legislatur kjarament ried li jkun hemm il-pubblicita` tal-lista msemmija fis-subartikoli (1), (2)u (3) ta' l-Artikolu 964 (bil-"pubblikazzjoni" ta' l-istess lista) qabel ma jkun hemm is-sanzjoni tad-dezerzjoni. Huwa veru li fil-prattika jista' jkun hemm certu diffikultajiet ghar-registratur sabiex isegwi l-kawzi kollha; pero` fil-verita` anqas kien obbligat li jsegwi il-kawzi, bhal dik in dizamina. Dak li kellu jsir f'din il-kawza kien li, jekk il-Prim Awla ma rieditx thalli l-kawza sine die kif appena ntebhet bit-trapass tas-sitt xhur, ghall-anqas tigbed l-attenzjoni tar-registratur ghal dak li jipprovdi l-Artikolu 963(5)(a) imsemmi, u r-registratur kien ikun, f'dak il-kaz, obbligat li jimxi skond il-ligi (billi jsemmi l-kawza fil-"Lista tal-kawzi sospizi fil-Qorti.").




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info