6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1200/1996/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
12/12/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
MACPHERSON MEDITERRANEAN LIMITED vs J. LAUTIER COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MACPHERSON MEDITERRANEAN LIMITED vs J. LAUTIER COMPANY LIMITED - 1200/1996/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KOMPENSAZZJONI, AMMISSJONI TAD-DEJN - KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR - KUNTRATT, NECESSITA` TAL-FIRMA TAL-KONTRAENTI KOLLHA - TRANSAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` - TRANSAZZJONI, NECESSITA` LI SSIR BIL-MIKTUB - TRANSAZZJONI, NECESSITA` TAL-FIRMA TAL-KONTRAENTI KOLLHA
Fil-Qosor
Ma hemm l-ebda dubju wkoll li sabiex kitba privata ta' transazzjoni tkun valida din ghandha tkun iffirmata minn kull wahda mill-partijiet, kif jidher car inferit mill-istess artikolu 1233 (2) tal-Kodici Civili, u huwa car li b'effett tad-disposizzjonijiet tal-artikoli 1232, fejn il-forma skritta hija rikjesta "ad validitatem", tali nuqqas ta' forma fl-istess skrittura ma jistax jigi supplimentat b'xhieda jew mezzi ohra maghrufin fl-istess Kodici tal-Organizzazzjoni u tal-Procedura Civili.
Meta element essenzjali jkun jrid jirrizulta minn skrittura jew kuntratt, jekk tali element jonqos,provi testimonjali ma humiex ammissibbli biex jigi supplit l-element nieqes. Tali prova hija lecitabiss li ssir biex telucida l-iskrittura jew il-kuntratt f'xi patt incidentali jew accessarju.
Jekk skrittura ma tigix iffirmata miz-zewg partijiet jew inkella l-awtentikazzjoni tal-firem ma ssirx kif stabbilit mill-ligi, tali skrittura ghandha tigi ritenuta nulla u bla effett ghall-finijietu effetti kollha tal-ligi.
It-transazzjoni hija definita skond l-artikolu 1718 tal-Kap 16 bhala "kuntratt li bih il-partijiet, b'xi haga li jaghtu, iwieghdu, jew izommu, jaghtu tmiem ghall-kawza mibdija, jew jevitaw kawza li tkun sejra ssir".
It-tpacija ssir minghajr ma jkunu jafu d-debituri jekk ikunu jezistu zewgt idjun fi zmien wiehed, u d-djun jinqatlu wiehed bl-iehor sa fejn ikunu ndaqs. L-artikolu 1197 tal-Kap 16 jistabbilixxi li t-tpacija ssir biss bejn zewgt idjun li jkollhom somma ta' flus .li jkunu it-tnejn likwidi u li jistghu jintalbu.
L-eccezzjoni ta' tpacijafiha innifisha tammonta ghall-ammissjoni tad-debitu u li dan id-debitu huwa dovut, biss ma ghanduxjithallas ghax huwa pacut minn ammont iehor dovut mill-kreditur.
Ma jistax ikun hemm kompensazzjoni meta z-zewg debiti ma jkunux likwidi u esigibbli, b'mod illi la darba l-kreditu pretiz mill-konvenut mhux likwidu u esigibbli, huwa ma jistax jeceppixxi l-kompensazzjoni. U ghalkemm il-likwidita` ta' zewg krediti mhix estrem essenzjali ghall-kompensazzjoni gudizzjali, b'danakollu, meta l-likwidazzjoni tal-kreditu dedott b'kompensazzjoni mhux facli u ma tistax issir malajr. Din il-kompensazzjoni m'ghandhiex tigi facilment accettata mit-tribunali.
It-tpacija ma tistax tigi nvokata bhala li operat ruhha 'ipso iure' ghar-rigward ta' krediti li ma humiex ammessi mill-parti l-ohra.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta