Referenza: 534/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG DENISE vs BORG CHRISTOPHER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, BIZA` REVERENZJALI - ZWIEG, IMPORTANZA TAL-PRINCIPJI GENERALI TAD-DRITT CIVILI RIGWARDANTI L-KUNSENS - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA VJOLENZA MORALI, FIZIKA JEW BIZA` - ZWIEG, RELEVANZA TAL-PRINCIPJI ZVILUPPATI FID-DRITT KANONIKU
Fil-Qosor
Ir-rejalta guridika f'kawzi ghall-annullament taz-zwieg hi illi gjaladarba l-Att dwar iz-Zwieg iddivorzja ghal kollox il-process civili dwar l-annullament mill-process kanoniku, tant li l-ligi kanonika m'ghadx ghandha effett bhala parti mil-ligi ta' Malta (Artikolu 35 tal-Kap 255), allura 'civiliter' iz-zwieg ukoll ghandu, u kellu, jigi konsidrat bhala kuntratt, anke jekk ta' natura partikolari.Dejjem pero` minghajr ma wiehed jiskarta ghal kollox l-insenjament tad-dritt kanoniku, li fuqu, f'certi aspetti hi modellata l-ligi fl-Att dwar iz-Zwieg.

Biex il-vjolenza morali tammonta ghall-vizzju tal-kunsens hemm bzonn li din tahkem fuq persuna ragjonevoli u ggeghlha tibza' li hija nfishajew hwejjigha jistghu jigu mqeghda ghal xejn b'xejn f'perikolu ta' hsara kbira.

Il-"pressjoni" jew vjolenza" - hekk ekwipollenti ghal xulxin gjaladarba jista' jkollok vjolenza meta jkun hemm pressjoni gravi u ndebita - hemm bzonn li jkunu determinanti, ingusti u gravi. Fil-valutazzjoni, imbaghad, tal-kriterji tal-vjolenza ghandhom jigu mehuda in konsiderazzjoni l-eta`, is-sess, u l-kondizzjoni tal-persuna.

Hemm il-vjolenza jew pressjoni li tivvizzja l-kunsens meta dawn jirriflettu u jinfluwixxu fuq il-kondizzjoni mentali tal-persuna tant li din ma tkunx libera li taghzel u taghmel dak li tixtieq, u biex tevita l-minaccja ta' dannu gravi, kif fit-test tal-ligi specifikat, taghzel u taghmel dak li jiddetalha jew jrid haddiehor.

Persuna li taghmel ghazla semplicement sabiex tevita li jkollha problemi ma` terzi ma tistax tinghad li b`daqshekk biss giet assoggettata ghal vjolenza jew pressjoni li tivvizzja l-kunsens kif mehtieg mill-Ligi.

Il-fatt li persuna volutament tghaddi ghaz-zwieg biex tikkuntenta lill-genituri taghha u dawk ta' zewgha ma jammontawx, lanqas remotament, ghal vjolenza. Lanqas il-biza' reverenzjali versu l-genituri ma jservi biex jannulla l-kuntratt jekk ebda vjolenza ma tkun giet uzata. Hekk jipprovdi l-Artikolu 980 Kodici Civili. Il-biza' trid tkun certa, gravi u realistika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni