Reference: 13/92

Judgement Details


Date
04/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK, PACE RAYMOND C., MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs GODFREY ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DWANA, IMPORTAZZJONI ILLEGALI - DWANA, LETTER TO PROSECUTE
Summary
Sabiex jkunu jistghu jinbdew proceduri kriminali mill-kummissarju tal-Pulizija kontra xi persuna liallegatament tkun ghamlet xi reat taht il-Kap. 37 irid qabel kollox ikun hemm talba ghalhekk lill-kummissarju tal-Pulizija mill-Kontrollur tad-Dwana. Dan huwa rekwizit essenzjali w l-Kummissarju tal-Pulizija ma jista' jipprocedi kriminalment kontra hadd jekk qabel ma jkollux dik li tissejjah il-"Letter to prosecute" imsemmija mahruga appozitament mill-Kontrollur tad-Dwana, li fiha dan jispecifikair-reat allegatament kommess minn dik il-persuna. Din li din il-"Letter to Prosecute" hija rekwizit 'sine qua non', u ghandha 'ab initio' tifforma parti mill-process kriminali.

Issa, kif intqal qabel, il-"Letter to prosecute" esebita fl-atti biss ghall-importazzjoni tad-droga kokaina, u matirreferix ghal xi oggett iehor. It-talba tal-Kontrollur tad-Dwana hija wahda limitata w specifika,u allura, f'din ic-cirkostanza, jekk ma nstabetx htija fl-appellant li mporta droga, ma tistax minflok tinstab htija fih li mporta kwalunkwe oggett iehor, hu x'inhu, anke jekk effettivament 'ad insaputa' tieghu, dak li kellu fil-pussess tieghu kienet kokaina.

Il-mankanza ta' "Letter to prosecute" redatta kif suppost testwalment fi kliem il-ligi, u li, allura, kienet tinkludi kull 'oggett',taghti lok ghal nuqqas ta' prova jew rekwizit esenzjali. L-appellant legalment qatt ma seta' jinsab hati li importa oggett, hu x'inhu dak l-oggett, meta dak l-oggett li hu kellu l-intenzjoni kriminuza li jimporta, cioe' l-esmeraldi, kien nieqes, cioe', kien nieqes ukoll l-element materjali tad-delitt, l-actus reus. Instabet biss id-droga kokaina, u ta' dawn il-fatti kif jirrizultaw mill-provi,l-appellant ma nstabx hati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info