Referenza: 249/2017

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/05/2019
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs COLEIRO GIANLUCA
ECLI
ECLI:MT:AKI:2019:116638
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIFFERIMENT
Fil-Qosor
Illi ghalkemm huwa minnu illi l-kaz li kien jirrigwarda incident stradali u li kellha taht il-lentitaghha l-Ewwel Qorti kien ta' natura sommarja, b'daqshekk ma ifissirx illi jekk ikun hemm xi ragunivalida u impellenti ghalbiex il-kawza tigi differita ghal data ohra, tali talba ma ghandhiex tintlaqa' mill-Qorti. Illi l-artikolu 377(1) tal-Kodici Kriminali meta jitkellem fuq il-procedutra li ghandha tigi segwieta fil-kawzi sommarji jiddisponi illi:
‘meta jinghalaq is-smiegh tal-kawza (sommarja), il-qorti, dak in-nhar stess, jekk jista jkun, taghti s-sentenza, billi tillibera jew tikkundanna l-imputat'.
Illi jidher mid-dicitura ta' dan l-artikolu tal-ligi illi l-element sommarju f'dawn il-procedura huwa marbut maz-zmien li fih il-qorti ghandha tghaddi ghall-ghoti tas-sentenza aktarmilli fuq is-smiegh tal-kawza. Illi allura meta jkun hemm raguni valida ‘il ghala xhud indispensabbli ghal kaz u debitament innotifikat mill-Prosekuzzjoni ma jkunx jista' jattendi fid-data tas-smieghtal-kawza, indipendentement mis-sommarjeta' tal-proceduri, l-Qorti ghandha tilqa' t-talba ghal differiment u thalli is-smiegh ta' dan ix-xhud ghal data ohra. Fic-cirkostanzi il-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat is-smiegh mil-gdid tal-kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni