Referenza: 1534/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
MID-MED BANK PLC vs RIPLEY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GARANZIJA, FORMALITAJIET MEHTIEGA GHALL-VALIDITA` TA` - GARANZIJA, MHUX MEHTIEG LI TKUN DATATA - MANDAT KAWTELATORJU, QERQ - MANDAT KAWTELATORJU, VJOLENZA MORALI - SOCJETA` KUMMERCJALI, META D-DIRETTURI JAGIXXU IN ECCESS TAL-POTERI TAGHHOM - SOCJETA` KUMMERCJALI, POTER LI TAGHTI GARANZIJA
Fil-Qosor
L-ezekuzzjoni ta` mandat, kif ukoll weghda li l-ezekuzzjoni tigi sospiza jekk terz jidhol garanti ghad-debitur ma jistghux jitqiesu bhala vjolenza morali peress illi bl-ezekuzzjoni ta` mandat ma jkunqed isir xejn kontra l-ligi.

L-anqas jista` jinghad illi jkun hemm xi forma ta` qerq peressilli ghandu jinftiehem illi min jaccetta li jissospendi l-ezekuzzjoni ta` mandat ma jkunx qieghed jirrinunzja wkoll ghad-dejn dovut lilu.

M`hemmx ghalfejn li garanzija tigi datata ad validitatem.

Kumpannija ghandu jkollha s-setgha, sakemm mhux provdut mod iehor fil-memorandum jew fl-istatut taghha, li tissellef flus u li tipoteka jew tohloq piz fuq l-impriza, proprjeta' u kapital mhux imsejjah taghha jew fuq parti minnhom maghdud bhala garanzija fuq l-obbligi taghha u biex tohrog obbligazzjonijiet, stock ta' obbligazzjonijiet u sigurtajiet ohra sew ghal kollox jew bhala garanzijaghall-passiv jew obbligi taghha jew ta' terzi.

In-negozju ta' kumpannija jitmexxa mid-diretturi li jistghu jezercitaw dawk is-setghat kollha tal-kumpannija, maghduda dawk specifikati fl-artikolu 136 ta' dan l-Att, li b'dan l-Att jew bil-memorandum jew bl-istatut tal-kumpannija, ma jkunux mehtiega li jigu ezercitati mill-kumpannija f'laqgha generali.

Kull haga li tkun saret mill-bordtad-diretturi ta' kumpannija li teccedi l-limiti tas-setghat taghhom jew minn xi direttur barra mis-setghat tieghu, tkun torbot lill-kumpannija kemm-il darba l-ghemil ma jeccedix is-setghat moghtijalill-bord tad-diretturi jew lil direttur, skond il-kaz, bis-sahha tal-Att dwar il-kumpanniji.

Kull limitazzjoni fuq is-setghat tal-bord tad-diretturi jew ta' xi direttur tal-kumpannija ma tingiebx bhala prova kontra terzi indipendentement jekk dik il-limitazzjoni, pubblikata jew le, tohrogx mill-memorandum u l-istatut jew minn xi rizoluzzjoni tal-laqgha generali jew minn decizjoni tal-bordtad-diretturi tal- kumpannija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni