Referenza: 531/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/2017
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SCERRI FRANCES
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:104492
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NULLITA TAR-RIKORS TAL-APPELL
Fil-Qosor
Illi fit-termini ta' dak dispost fl-artikolu 419(1)(c) tal-Kodici Kriminali ghandha tintalab ir-revoka JEW ir-riforma tad-decizjoni impunjata. Issa huwa indubitat illi id-decizjoni impunjata sabet reita' ghar-reati kollha addebitati lill-appellanti u li hi kienet qed tilmenta minn dan is-sejbien ta'htija fuq bazi generali. Di piu mir-rikors ta'l-appell lanqas ma deher illi hemm xi aggravvju marbut biss mal-piena erogata mill-Ewwel Qorti ghalkemm d-difensur ta'l-appellanti semma dina l-lanjanzafil-kors tat-trattazzjoni orali. Kwindi ma kien hemm l-ebda talba subordinata ghal dik tat-thassir billi tintalab xi riforma biss fil-piena inflitta. It-talba kienet ghal kollox kontradittorja billi jidher illi b'mod ewlieni kienet qed tintalab ir-riforma u dan kellu isir, fil-fehma tal-appellanti,billi din il-Qorti kellha tirrevoka d-decizjoni impunjata fl-intier taghha. Talba li evidentement makienitx tottemperax ruhha mar-rekwiziti stabbilita fl-artikolu 419 taht piena ta' nullita'. Illi sahansitra il-Qorti Kostituzzjonali2 sahhqet fuq l-importanza li jigu osservati r-rekwiziti mehtiega ghal validita tar-rikors ta'l-appell, in-nuqqas ta' liema rekwiziti jimporta n-nullita ta'l-istess uma jista' qatt iwassal ghal xi lezjoni tad-dritt ghal smigh xieraq tal-persuna akkuzata. Fic-cirkostanzi l-appell gie dikjarat null.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni