Referenza: 1509/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
GUN & ROD LIMITED vs TA' BANNI ESTATES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, AZZJONI SABIEX MA JISSOKTAX XOGHOL GDID LI BIH HEMM IL-BIZA` LI SSIR HSARA - DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI
Fil-Qosor
L-artikolu 538 tal-Kodici Civili jipprovdi hekk:

"(1) persuna li bir-ragun tibza' li minhabbaxi xoghol gdid li wiehed iehor ikun beda fil-fond tieghu nnifsu jew fil-fond ta' haddiehor, tista'tigri hsara f'haga immobbli li qieghda fil-pussess taghha, tista' taghmel kawza u titlob li dan il-wiehed iehor jinzamm milli jissokta dak ix-xoghol gdid, basta li dak ix-xoghol ikun ghad ma tlestiex,u ma tkunx ghaddiet sena minn mindu x-xoghol ikun inbeda.

(2) Il-qorti, wara li tisma' l-fatti fil-qosor, tista', skond ic-cirkostanzi, izzomm dan ix-xoghol gdid milli jitkompla inkella taghtili jitkompla dan ix-xoghol gdid, taht il-garanziji li jidhrilha mehtiega.

(3) Meta x-xogholjinzamm milli jitkompla, din il-garanzija tkun ghall-hlas tad-danni li jista' jkun hemm minhabba t-twaqqif tax-xoghol, jekk jinsab li l-oppozizzjoni ghall-issoktar tax-xoghol tkun saret minghajr raguni tajba.

(4) Meta jinghata li x-xoghol jitkompla, din il-garanzija tkun ghall-hatt tax-xogholkollu jew ta' bicca minnu u ghall-hlas tad-danni li jista' jbati l-attur, jekk, ghalkemm ikun inghata li x-xoghol jitkompla, tigi moghtija favur tieghu sentenza definittiva."

L-artikolu 538 lajitkellem dwar hsarat rizultanti minn negligenza u lanqas ma jitkellem dwar periklu. Ghall-finijiettas-subartikolu (1) ta' l-artikolu 538 huwa sufficjenti li jkun inbeda x-xoghol, li l-pussessur jibza' li tista' tigri hsara fl-immobbli b'dak ix-xoghol, li x-xoghol ikun ghadu ma tlestiex, u li ma tkunx ghaddiet sena minn mindu nbeda x-xoghol.

L-artikolu 538 jaghti lill-Qorti l-fakolta` li,wara li tkun semghet il-fatti fil-qosor, jew izzom ix-xoghol milli jitkompla jew taghti li jitkompla, u dan taht il-garanziji indikati fis-subartikolu (3) u (4) ta' l-istessa artikolu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni