Reference: 207/2012

Judgement Details


Date
10/05/2016
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MIZZI ANTONIO
Parties
IL-PULIZIJA vs MICALLEF CARMEL, CALLEJA RAYMOND, AZZOPARDI PHILIP
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:100722
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Illi f'dan il-kaz partikolari l-parte leza pprezentaw rikors ta' appell mis-sentenza fit-2 ta' Mejju, 2012. Dan sar wara li b'nota tal-24 ta' April, 2012 kienu talbu lill-Qorti tal-Magistrati biex titrasmetti l-atti ta' din il-kawza lill-Avukat Generali. Illi dan l-appell sar a bazi tal-artikolu 410tal-Kodici Kriminali. L-artikolu rilevanti ghal dan il-kaz hu l-artikiolu 413(1)(b) tal-Kodici Kriminali. Dan l-artikolu tal-ligi jiddikjara li l-kwerelant jinghata l-fakulta' li jappella f'dawk il-kazijiet imsemmija fl-artikolu 373 tal-Kodici Kriminali. L-artikolu 373 tal-Kodici Kriminali jirrigwarda ezercizzju tal-azzjoni kriminali bi kwerela tal-parti leza.

F'dan il-kaz l-proceduri saru'ex officio' u minhabba f'dan il-fatt ma kienx hemm il-htiega tal-kwerela tal-parti leza u ghalhekkl-artikolu 373 tal-Kodici Krimiali ma kellu ebda rilevanza f'dawn il-proceduri. Kienet korretta l-parte leza li pprezentaw in-nota tal-24 ta' April, 2012 izda dan biss setghu jaghmlu u mhux kif ghamlet il-parti leza li pprezentat rikors tal-appell awtonomu u separat minn dak tal-Avukat Generali. Hucar li f'dan il-kaz il-parti leza ma kellha ebda dritt ta' appell. Ghalhekk, din il-Qorti ma haditxkonjizzjoni tal-appell tal-parti leza u konsegwentement iddikjarat tali appell null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info