Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 1256

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/02/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLPA - NEGLIGENZA - OFFIZA FUQ IL-PERSUNA - PIENA - SURMAST TAL-ISKOLA
Fil-Qosor
Tkun xi tkun id-definizzjoni tal-kolpa, jibqa' dejjem illi l-elementi taghha huma l-volontarjeta' tal-att, in-nuqqas ta' previzjoni tal-effetti dannuzi ta' dak l-att, u l-possibbilta' ta' previzjoni ta' dawk l-effetti dannuzi. Jekk l-effetti dannuzi ma jkunux prevedibbli, jew almenu ma setghux ikunu prevedibbli hlief b'diligenza straordinarja, li l-ligi ma tezigix, u li se maj tista' ggib kolpa ljevissima, la ma hix inkriminabbli, ma hemmx htija. Il-kolpa tista' tikkonsisti anki f'imprudenza;b'mod illi min jikkommetti att imprudenti avvolja huwa ma riedx jaghmel hag'ohra hlief dak l-att, uma pprevediex li dak l-att seta' jkollu konsegwenzi koroh, huwa jibqa' fi htija ghax xeta' jipprevedi dawk il-konsegwenzi. S'intendi, fil-kolpa hemm dejjem gradazzjonijiet mizurabbli ghas-sekonda tac-cirkustanzi partikulari ta' kull kaz, li jinfluwixxu fuq l-applikazzjoni tal-piena. Fil-kaz prezenti, surmast tal-iskola primarja tal-Gvern, bhala cajta, pogga lapis fit-tarf tal-bank ta' x'uhud mill-iskulari u tah daqqa ta' riga biex il-lapis itir; il-lapis tar, gie f'ghajn wiehed mill-iskulari,u kkagunalu offiza ta' xorta gravi; u s-surmast gie ritenut kriminalment responsabbli ta' dik il-ferita minhabba li kien f'kolpa. U dan b'applikazzjoni tal-principji hawn fuq imfissra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni