Referenza: Volum 42E (1958), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1324

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/04/1958
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MARIA BEZZINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - APPROPRIJAZZJONI INDEBITA - ART. 308 U 427 (4) TAL-KAP. 12. - IMPJEGAT - KWERELA - SERQ
Fil-Qosor
Hu pacifiku fid-dottrina u fil-gurisprudenza, anki maltija, illi, meta l-konsenja al-haga ma hix generali tal-oggetti kollha li jkunu f'post, bhal ma hu l-kaz ta' seftur li jkun jippresta l-opera tieghu f'dar, imma hi konsenja specjali u limitata, kif inhu l-kaz ta' min jafda oggett f'idejn hadd iehor biex dan iqieghdu f'post determinat, li mbghad, minflok, japproprija ruhu minnu huwa l-kaz, mhuxta' serq, imma ta' approprjazzjoni indebita. Kien ikun divers il-kaz kieku, avvolja l-konsenja kienet specjali u limitata, min ghamel il-konsenja mar hu stess, jew jibghat lil xi hadd iehor, biex jizgura li dak l-oggett jitqieghed fil-post determinat. Dak l-affidament specjali jelimina t-titolu ta' serq u jissostitwieh b'dak tal-approprjazzjoni ndebita. L-approprjazzjoni ndebita ssir aggravata, jew kwalifikata, jekk l-oggett ikun gie fdat lil min approprja ruhu minnu in raguni tas-servizz tieghu; u ma hemmx bzonn li dan is-servizz ikun jikkonsisti fl-impjieg regolari bi hlas, imma hu bizzejjed li dan is-servizz kien jinaghata kulltant, u anki b'kumpensi ohra li ma humiex flus. Meta l-approprjazzjoni ndebita hi aggaravata, mhix mehtiega l-kwerela, imma r-reat hu persegwibbli "ex officio". L-appell mill-meritu jikkomprendi appell minn decizjoni preambula avvolja ma tkunx specifikataespressament fir-rikors tal-appell. Il-prova indizjarji huma sufficjenti biex iwasslu ghall-konvinzjoni tal-imputat, u mhux ta' bilfors jehtiegu l-provi diretti, pukr' l-provi indizjarji jkunu tali li jkunu konkordanti filli jipproucu prezunzjoni qawwija tal-htija tal-imputat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni