Reference: Volume 42C (1958), Part No. 1, Section , Page 631

Judgement Details


Date
01/12/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMILIA RIZZO MARICH vs CARMELA PODESTA'
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - "HARDSHIP" - APPELL - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI
Summary
L-intenzjoni tal-legislatur kienet intiza biex taghti dritt ghall-appell mis-sentenzi tal-Board tal-Kera f'dawk il-kazijiet biss fejn jkunu gew diskussi u definiti mill-Board kwistjonijiet ta' dritt.Il-kwistjonijiet sollevati fir-rikors tal-appell, li ma ffurmawx kontroversja quddiem il-Board bejnil-kontendenti, u li ghalhekk ebda decizjoni fuqhom ma jkun ta l-Board, ma jikkostitwux punt ta' dritt li jaghti dritt ghall-appell; u ma jistax ikun lecitu li jingiebu l-quddiem quddiem il-Qorti tal-Appell biex is-sentenza mpunjata ssir appellabbli. U hu logiku li jkun hekk; ghaliex altrimenti d-dispozizzjoni tal-ligi limitanti d-dritt tal-appell tigi newtralizzata, kieku kien lecitu illi l-appellant johloq punt tal-ligi "ex novo" u jghid li qieghed jappella fuqu. Jekk wiehed jigi kundannatjizgombra minn fond b'sentenza tal-Board tal-Kera, fuq il-motiv li l-fond lilu offert bhala "alternative accomodation" huwa "suitable" ghalieh, u mbghad jaghmel hu kawza ohra kontra inkwilin tieghu biex jirriprendi pussess tal-fond okkupat minn dan l-inkilin, u l-Board tal-Kera jakkolji d-domanda tieghu in bazi ghall-valutazzjoni tal-"hardship" rispettiv tal-partijiet, ma jistax l-intimat jappellaminn dik is-sentenza fuq il-motiv illi l-Board dahal fil-kwistjoni tal-"hardship", u ddecieda l-kawza in bazi ghall-konsiderazzjoni tal-"hardship", meta ma kienx messu dahal f'dik il-kwistjoni, billibis-sentenza ta' qabel kien gie deciz mill-istess Board li r-rikorrent, intimat fl-ewwel kawza, kellu disponibbli ghalieh "alternative accomodation" li kienet "suitable". Ghaliex, anki apparti li anki konsiderazzjoni simili ma tistax tinnewtralizza d-dispost preciz tal-ligi, li kategorikament jghid li ghandu jkun punt ta' ligi deciz fis-sentenza appellata, hemm ukoll il-fatt li quddiem il-Boardil-kwistjoni kienet attinenti ghall-punt tal-"hardship". U ma jistax l-appellant jilmenta li hu masetghax jissolleva fil-prima istanza l-kwistjoni li jrid jissolleva fl-appell billi ma setghax jipprevedi kif kienet sejra tkun impostata s-sentenza. Dak l-appellant seta' liberament jissolleva quddiem il-Board il-punt li, peress li r-rikorrent kellu ghad-dispozizzjoni tieghu "accomodation" gudikata"suitable" b'sentenza precedenti tal-Board, ma kienx hemm lok ghall-kwistjoni tal-"hardship", u jinsisti li l-Board jidhol f'dak il-punt fis-sentenza allura pronunzjanda. L-appell maghmul f'dawn il-kontingenzi huwa irritu u null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info