Referenza: Volum 42C (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 669

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/01/1958
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EVARISTO PSAILA vs GEORGE SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1036, 1741 U 1757 TAL-KODICI CIVILI - ART. 127 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BWONA FEDE - DANNI - KONKORRENZA ILLECITA - SOCJETA'
Fil-Qosor
Jekk tnejn minn nies jikkostitwixxu bejniethom socjeta` ghal skop kummercjali determinat, huma ghandhom l-obligu legali li ma jaghmlux fl-interess taghhom personali konkorrenza lis-socjeta` ta` bejniethom; u dan avvolja fil-ftehim tas-socjeta` ma tkunx giet espressament stipulata ebda restrizzjoni ghall-liberta` taghhom li jaghmlu attivitajiet kumercjali ohra. Ghax il-kuntratti ghandhom jigu ezegwiti in bwona fede, jobbligaw mhux biss ghal dak li jinghad fihom, izda wkoll ghall-konsegwenzi kollha li ggib maghha l-obligazzjoni skond ix-xorta taghha, bl-ekwita`, bl-uzuz, jew bil-ligi. U jekk dan huveru ghall-kuntratti kollha, huwa specjalment veru ghall-kutnratt tas-socjeta`, li hu kuntratt"bonae fidei" u hu regolat pjuttost mir-regoli tal-ekwita` milli mill-principji rigoruzi tad-dritt.Bil-formazzjoni tas-socjeta`, u minn natura stess tal-kuntratt, iz-zewg partijiet, ghalkemm ma tilfux id-dirtt li jaghmlu operazzjonijiet kumermcjali ohra fl-interess u akkont taghhom personali, irrestringew il-liberta` u dritt taghhom ghar-rigward ta` kull attivita` dannuza ghall-interessi socjali, u b'mod partikulari inibew lil xulxin minn kwalunkwe kondotta ta` hsara lis-socjeta. Kull socju,mela, ghandu l-obligu lijivvigila u jipprovedi bhal missier tajjeb tal-familja ghall-interessi tas-socjeta`, u ma jistghax jissakrifika l-interess socjali ghall-interess teighu proprju; u dan l-obliguta` kullsocju huwa wisq akbar ghas-socju li jkun l-amministratur tas-socjeta`. Il-massima tal-ligili minn jaghmel uzu minn dritt teighu fil-qies li jmiss ma jwegibx ghall-hsara li tigri bl-uzuz ta`dak id-dritt hija vera, purke` min jaghmel dak l-uzuz mid-drittteighu, u jikkaguna dannu bl-istessuzu, ma jkunx illeda xi dritt ta` hadd iehor; u jekk is-socju bl-agir teighu jilledi d-drittjiet tas-socjeta`, u kwindi tas-socju l-iehor, hu konqos mill-obligi tieghu derivanti mill-kutrnatt socjali,u jkun fi htija; u huwa obligat jirrizarcilu d-danni li s-socju l-iehor isofri b'dan l-agir.Fil-kazprezenti, l-attur u l-kovneut ghamlu socjeta` bejniethom ghall-oggett li jezercitaw l-agenzija minnhom ottenuta tal-birra "Simonds-Farsons-Cisk". il-kovenut in segwitu ikkonkorra flimiein ma` ohrjan, kompriza d-ditta "Simonds-Farsons-Cisk", ghall-otternimet tal-agenzija tal-Coca-Cola, u rnexxielujieu din la-genzija. Minhabba dan id-ditta "Simonds-Farsons-Cisk" hadet lill-kovneut u lill-atturl-agenzija tal-birra. U b'applikazzjoni tal-principji fuq imfissra l-Qorti tal-Appell, kuntrarjament ghal dak li kienet irriteniet l-Ewwel Qorti, zammet u qatghet li l-konveut kien agixxa b'mod illecitu u dannuz ghas-socjeta li huwa kellu mal-attur, u ddikjaratu responsabbli tad-danni li dan l-agir teighu kkaguna lill-attur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni