Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 252

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/06/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
CATERINA GERADA vs AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL LILL-MAESTA' TAGHHA R-REGINA FIL-KUNSILL PRIVAT - ORDER-IN COUNCIL TAT-22 TA' NOVEMBRU 1909 - PLUALITA' TA' SENTENZI FL-ISTESS GUDIZZJU - SOSPENSJONI TAL-EZEKUZZJONI TAS-SENTENZA APPELLATA - VALUR
Fil-Qosor
Ghall-finijiet tal-appell lill-Maesta' Taghha r-Regina fil-Kunsill Taghha Privat, biex jitqies il-valur fil-kwistjoni, is-sentenza li minnha jrid isir l-appell tigi kunsidrata sond kif taffetta l-interess ta' min irid jappella minnha; u ghalhekk jekk il-kwistjoni tirrigwarda fond li l-appellant kienakkwista bi prezz inferjuri ghal $500 jekk jitlef dak il-post. L-Ordni fil-Kunsill rilevanti ma jikkontemplax espressament il-kaz fih, fl-istess kawza u fuq l-istess citazzjoni, ikunu gew pronunzjati, f'diversi dati, diversi sentenzi jew digrieti,u lanqas il-kaz fejn id-diversi sentenzi jew digrieti jkunu pre-ordinati ghas-sentnza definittiva, meta fuq id-diversi domandi konnessi jew dipendentiavanzati bl-istess citazzjoni jkunu gew pronunzjati diversi sentenzi jew moghtija varji provvedimenti. Imma jekk il-parti nteressata tkun trid tappella minn dawk is-sentenzi jew digrieti kollha, ma hemm ebda ostakolu li jigi lilu moghti biex jappella minn dawk is-sentenzi l-ohra jekk fil-petizzjonital-appell huwa jsemmi espressament li jrid jappella minnhom, u d-domanda ssir fiz-zmien preskritt.U ma jistax jigi ritenut prekluz milli jaghmel dan l-appell bil-fatt illi minn xi uhud minn dawk is-sentenzi huwa jkun ittanta bla success ir-rimedju tar-ritrattazzjoni. Ghalkemm il-petizzjoni tal-appell ma tkunx operat minnha nnifisha s-sospensjoni tal-ezekuzzjoni tas-sentenza appellata, il-Qorti ghandha d-diskrezzjoni li tordna din is-sospensjoni taht il-provvedimenti li hija stess timponi fl-ordni tas-sospensjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni