Reference: Volume 43C (1959), Part No. 2, Section , Page 675

Judgement Details


Date
16/03/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ANNUNZIATA GIORDMAINA ET. vs BENEDETTO DIMECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARBITRU - ART. 1276 U 1277 TAL-KODICI CIVILI - MANDAT - PERIT - PROMESSA TA' DIVIZJONI
Summary
Hu preponderanti fid-dottrina u fil-gurisprudenza l-principju illi d-divizjoni ghandha effett dikjarattiv; u konsegwentement is-semplici promessa ta' divizjoni, inkwantu ma ghandhiex effett traslattiv, anki f'kaz ta' beni immobili, ma tirrikjedix necessarjament il-formalita' tal-kitba biex tkun valida, imma tista' tigi pruvata, meta l-ligi ma tiddisponix diversament, bi kwalunkwe mezz ta' prova ammess mid-dritt komuni, jigifieri anki bix-xhieda jew mezzi ohra maghrufa mill-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Jekk perit jigi mqabbad jaghmel stima ta' immobili u jistabbilixxi l-ewkwiparazzjonijiet dovuti fl-okkazjoni ta' divizjoni ta' stabili, u huwa jqabbad perit iehor biex jghinu, imma jibqa' hu l-perit responsabbli ghal dak li jaghmel hu u ghal dak li jaghmel il-perit minnu mqabbad, ma tistax ir-relazzjoni tieghu tigi ripudjata fuq il-motiv li dak il-perit ma kellux mandat biex iqabbad perit iehor minfloku. Ma hemm xejn fil-ligi li jimpedixxi lill-kondividenti milli jrrimettu ruhhom ghal perit minnhom stess maghzul biex jaghmel stima u jistabbilixxi l-ekwiparazzjonijietdovuti reciprokament bejn il-kondividenti; anzi l-apprezzament tieghu jorbot lill-kondividenti u huwa inappellabbli, anki jekk il-partijiet ma jkunux ghamlu dikjarazzjoni espressa li huma jirrimetturuhhom ghall-gudizzju tieghu; salv dejjem il-kaz li jigi pruvat li dak il-gudizzju huwa l-effett ta'qerq jew ta' zball sostanzjali u gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info