Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 641

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/02/1959
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ANGELICA FAVA vs DOTTOR LORENZO CASSAR ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1660(1) U 1623 TAL-KODICI CIVILI - ART. 4(4) TAL-ORDINANZA XVI TAL-1944 - DISTRUZZJONI TAL-FOND - ENFITEWSI - LOKAZZJONI - PREFERENZA
Fil-Qosor
Meta l-fond mikri jigi totalment distrutt, il-lokazzjoni tieghu tinhall "ipso jure"; u biex ikun hemm distruzzjoni totali ma hemmx bzonn li l-fond ma jibqa' jidher xejn minnu, jew ma jibqa' xejn wieqaf minnu, imma hu bizzejjed li minn ebda parti minnu ma jkun jista' jsir uzu skond id-destinazzjoni mifthema. U dan ix-xoljiment javvera ruhu ghall-fond kollu u b'mod assolut ghaz-zewg partijiet. Meta l-lokazzjoni originarja ikun spiccat bid-distruzzjoni totali tal-fond, l-inkwilin precedenti ma jistax jallega li huwa ghad ghandu l-lokazzjoni tal-fond, jekk ma jippruvax li saret favur tieghu lokazzjoni gdida; u ma jiswa xejn il-fatt li dak l-inkwilin ikun baqa' bic-cavetta tal-fond f'idejgh, jekk il-lokazzjoni minnu pretiza ma kellha qatt bidu ta' ezekuzzjoni certa u rikonoxxuta. Lanqas jista' dak l-inkwilin jinvoka d-dritt ta' preferenza li l-ligi tal-kera taghti lill-ahhar inkwilin ta'fond li gie distratt bil-gwerra meta dan il-fond jissewwa u jerga jinbena, jekk il-fond jigi moghtilil hadd iehor b'titolu ta' enfitewsi, u mhux b'kiri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni