Referenza: Volum 43C (1959), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 592

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/09/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
JOSEPH MIFSUD vs ALFRED FLASK
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONSORZJU - TISWIJIET FIL-HAGA KOMUNI
Fil-Qosor
Biex il-komproprjetarju, li jkun ghamel spiza ta' tiswija ta' haga posseduta in komun, ikun jista' jippretendi r-rimborz kontra l-komproprjetarju l-iehor ta' sehmu min din l-ispiza, jehtieg, jew li huwa ikun ottjena preventivament il-kunsens tal-iehor ghax-xoghol tat-tiswija, jew inkella li jkun ottjena fil-konfront tal-iehor l-awtorizzjoni mill-Qorti biex jaghmel dak ix-xoghol, wara li tkun gietkonstatata n-necessita' tieghu. Jista' jkun hemm kazijiet ta' urgenza immedjata li jinnecessitaw konsiderazzjoni specjali; jista' jaghti wkoll il-kaz li, minflok il-kunsens preventiv tal-komproprjetarju l-iehor, ikun hemm l-akkwijexxenza tieghu, wara li jinbeda x-xoghol, biex ix-xoghol jitkompla bil-kuntentizza tieghu; jista' wkoll ikun hemm cirkustanzi li jirrendu applikabbli il-principju tal-arrikkiment indebitu. Imma r-regola hija dik fuq delineata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni