6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 892
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
21/05/1960
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL - SEWQAN NEGLIGENTI - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Driver ta' karrozza ghandu innegabbilment, fost ohrajn, zewg doveri: wiehed, dak li jzomm "a properlook-out" ghall-vejikoli "pedistrians", u 'road-users" ohra; u l-iehor, dak illi waqt is-sewqan hu jkun f'pozizzjoni tali li jkollu f'kull hin kontroll sewwa tal-vejikolu. Hu wkoll innegabbli illi driver li, waqt lij kun qed isuq, ikollu tfajla hdejh, b'idu l-wahda fuq li "stering wheel" u l-ohra fuq spallejn it-tifla, ikun qieghed josserva "malament" dawn iz-zewg doveri tieghu, u jkun qed jawmenta r-riskju li hu inerenti mac-cirkolazzjoni tal-vejikoli fit-toroq. Dan ma hux kaz affattu paragonabbli ma' dak ta' driver li ghandu id wahda immankata, u ntant ghandu licenza ghas-sewqan. Ma ghandux jintnesa illi l-accidenti stradali huma ta' spiss kwistjoni ta' dizattenzjoni ta' "split second",u li l-kontingenzi tat-traffiku jistghu jkunu subitanei u inaspettati. Dan hu certament sewqan negligenti; u ma jistax biex jeskludieh il-fatt illi t-trieq kienet wiesgha u illi traffiku iehor ma kienx hemm fit-trieq, u cirkustanzi ohra tal-mument. Dawn ic-cirkustanzi kienu jkunu tali min jehodhom f'konsiderazzjoni kieku l-imputazzjoni kontra d-driver kienet ta' sewqan perikoluz; imma meta l-akkuza hi ta' sewqan negligenti biss, hu bizzejjed li jigu vjolati dawk iz-zewg doveri, jew li tigi mnaqqas bil-pozizzjoni tad-driver l-effikacja tal-osservanza taghhom, cjoe' "proper control" tal-volanti u "a proper look-out". Ghal sewqan negligenti ma hemmx bzonn tal-vjolazzjoni ta' normi guridicispecifici, imma bizzejjed li jkun hemm ngeligenza, fis-sens ta' nuqqas tal-prudenza ordinarja li wiehed ghandu jadopera biex jevita s-sinistri stradali. U ladarba l-imputazzjoni kienet ta' sewqan negligenti, u l-Ewwel Qorti tkun eskludiet li s-sewqan kien ukoll perikoluz, u l-appell ikun tal-imputat, fejn il-Qorti tal-Appell ma tistghax taghmel fis-sentenza "reformatio in pejus", il-Qorti tal-Appell ghandha tara biss jekk is-sewqan kienx negligenti, minghajr ma tippronunzja ruhha jekk fil-kaz partikulari kienx ukoll perikoluz.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta