Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 586

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/06/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
ANGELO MICALLEF vs GIUSEPPE MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APERTURI - ART. 462 U 480 (1) TAL-KODICI CIVILI - HAJT DIVIZORJU - REWWIEHA - SERVITU' - TIEQA
Fil-Qosor
L-aperturi fil-hitan divizorji jistghu jkunu jew dawk li komunement jissejhu twieqi, jew dawk li volgarment jissejhu rewwiehat. Generalment is-servizz taghhom jiddeterminahom; imma mhux dejjem faclili jinghad jekk apertura hijiex tieqa jew rewwieha. Mentri t-twieqi jikkostitwixxu servitu', ir-rewwiehat ma jistghu qatt jikkostitwixxu servitu', u jistghu jinzammu miftuha sakemm il-vicin ma jkunxirid jipprevali ruhu mid-dritt li taghtih il-ligi li jappogga mal-hajt fejn ikunu miftuha sabiex jgholli l-fond tieghu. Mid-dispozizzjonijiet li ghamel dwar il-ftuh ta' twieqi fil-hitan divizorji, il-legislatur jidher li ried jevita l-inkonvenjenzi ta' l-introspezzjoni, u fl-istess hin ried isalvaf'certi limiti l-ingress tad-dawl u l-arja fl-istabili konfinanti. Fil-kaz prezenti, l-apertura fil-kwistjoni giet ritenuta li kienet tieqa, u l-Qorti zammet li l-konvenut ma kellux dritt izommha miftuha, ghax il-fond ta' l-attur ma kienx suggett ghal dik is-servitu'; u l-konvenut gie kundannat jaghluqha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni