Referenza: Volum 37C (1953), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 753

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/1953
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GIUSEPPE XUEREB ET. vs PERIT CARMELO MICALLEF NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1073 U 1074 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - GVERN
Fil-Qosor
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tirrendi responsabili tal-hsara li tigri bi htija ta' min ikun kagun ta' dik il-htija hija generika, u ma taghmel ebda eccezzjoni, lanqas ghall-Gvern; u ghalhekk il-Gvernhuwa obligat jaghmel tajjeb ghad-danni fil-kaz li huwa, fl-ezercizzju tad-drittijiet tieghu, johrogmill-gusti limiti u jikkaguna pregudizzju lit-terzi. U l-Qrati Taghna waslu sal-pont li rritenew illi, meta l-att tal-Gvern jikkostitwixxi pregudizzju lit-terzi, dak l-att jista' jigi sindakat mit-tribunali, u jista' jigi eventwalment minnhom revokat; u illi l-Gvern huwa responsabilit tal-hsara lihuwa jikkaguna lill-proprjeta' privata anki b'opri ta' utilita' publika. Jekk imbaghad il-Gvern ikunx hareg mill-gusti limiti tad-drittijiet tieghu, jekk kiserx il-ligi u kkagunax lezjoni ngusta lid-drittijiet tal-privat, huma kwistjonijiet li jigu ezaminati fil-meritu tal-kawza; b'mod li l-Gvern ma jistax "a priori" u b'mod pregudizzjali, jippretendi li m'huwiex responsabili tal-hsara reklamatamill-attur kontra tieghu. Din hija eccezzjoni li tigi deciza wara li jkun gie ezaminat il-meritu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni