Fil-Qosor
Process verbal maghmul regolarment jista' jinghata bhala prova fis-smiegh tal-kawza, minghajr ma jkun jehtieg li jinstemghu x-xhieda, il-periti, jew persuni ohra, li jkunu dehru fl-access; u l-ligi, fil-waqt li tippreskrivi li x-xhieda ghandhom jinstemghu "viva voce", taghmel xi eccezzjonijiet ghaldin ir-regola, fosthom appuntu dik tal-process verbal fuq imsemmi. S'intendi, tant il-Prosekuzzjonikemm id-Difiza jistghu jitolbu li jingieb ix-xhud biex jinstema' "viva voce"; u fil-prattika jsir,u hu deziderabbli li jibqa' jsir, li x-xhieda tal-access u tal-inkjesta jergghu jinstemghu biex jixhdu "viva voce"; biex jikkonfermaw ix-xhieda taghha u jigu, jekk ikun il-kaz, ulterjorment ezaminatiu kontro-ezaminati. Ghaldaqstant, meta me tkunx saret talba simili, mhix attendibbli l-eccezzjoni tad-difiza fis-sens illi d-depozizzjoni ta' xhud li xehed fl-inkjesta' regolarment maghmula ma ghandhiex titqies ghax dak ix-xhud ma giex riprodott fil-kumpilazzjoni li saret kontro l-imputat. Jekk fl-installazzjoni ta' "gejser" tal-gas tithalla barra l-"flue pipe", u dan in-nuqqas igib xi konsegwenzi, l-imputat li ghamel dik l-installazzjoni u li jigi mputat li, minhabba nuqqas ta' hsieb, bi traskuragni, nuqqas ta' hila fl-arti jew fil-professjoni tieghu, u nuqqas ta' tharis tar-regolamenti, ikkaguna dawk il-konsegwenzi, ma jistghax jallega li f'hafna kazijiet ohra l-"flue pipe" ma saretx. Dan il-fatt ma jistghax jiskrimina lil dak l-imputat, imma jista' biss iservi ta' twissija lil min maghandux "flue pipe" mal-"geyser" biex ifittex jaghmilha, biex jevita dawk il-konsegwenzi. Lanqas tiswa l-allegazzjoni ta' dak l-imputat li hu kellu biss l-inkariku li jinstalla l-"geyser"; ghax metawiehed jimpjega bniedem tas-sengha biex jaghmillu certu xoghol, hu jkun qieghed jaffida ruhu ghall-kapacita' tieghu, u hemm kondizzjoni implicita li x-xoghol isir kif ghandu jsir, cjoe' skond is-sengha u b'mod li ma jaghmelx hsara. Il-fatt li l-kommittent ma qallux biex jaghmel il-"flue pipe" ma jfisser xejn; ghax x'ghandu jaghmel jew ma jaghmelx hija haga li ghandu jaraha min jipprezenta ruhu bhala espert biex jaghmel xi haga li tirrikjedi xoghol tekniku. Anzi, kieku l-kommittent ghamillu xilimitazzjoni, fis-sens li jaghmel "geyser" bla "flue pipe", u jekk is-sid jinsisti, l-imghallem ghandu ma jinkarika ruhu xejn affattu. Il-massima "volenti et consentienti non fit iniuria" tapplika meta bniedem ikun konxju minn perikolu u ntant iqieghed ruhu fih; ghaldaqstant, min jaghmel uzu minn"geyser" meta ma ghandux ragunijiet biex jissuspetta li l-"geyser" mhux installat kif imissu jkun, ma jkunx qieghed ipoggi ruhu fil-perikolu, avvolja mal-"geyser" ikun hemm imwahhlin istruzzjonijiet fis-sens li l-"geyser" ghandu jkun provvdut bil-"flue pipe", u fil-fatt din il-"flue pipe" ma tkunx hemm. Lanqas tiswa l-allegazzjoni tal-imputat, biex jiskolpa ruhu, illi l-"flue pipe" issir mhux minnu, imma minn bniedem ta' sengha ohra; ghax l-inkariku tieghu kien li jikkolloka "geyser" skond is-sengha, u kwindi kellu anki jiehu hsieb li jaghmel il-"flue pipe", sija jekk jaghmilha huwa stess, sija jekk jordnaha ghand hadd iehor. Hu veru li ghandu jkun hemm distinzjoni fil-grad ta' negligenzali tehtieg biex tista' tigi addebitata l-kolpa fic-civil u fil-kriminal; u ghall-imputabbilita' kriminali jehtieg grad akbar ta' kolpa minn dak li jgib ir-responsabilita' civili ghad-danni. Imma meta bniedem tas-sengha jikkolloka apparat li fih ikun hemm perikolu potenzjali fin-nuqqas ta' certi kawteli, u bhala bniedem tas-sengha kien hu li kellu jara li dawk il-kawteli jkunu hemm biex jovvjaw dan il-perikolu, u dawn il-kawteli ma jkunux hemm, huwa juri grad ta' negligenza li jikkostitwixxi dik ir-"recklessness" li tammonta ghal "criminal misconduct", u tirrendieh responsabbli kriminalment ghall-konsegwenzi.