Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 1286

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/02/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANGELO CASSAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"SPECIAL REASONS" - ART. 3(2) TAL-ORD. XXXVI TAL-1939 - ASSIKURAZZJONI DWAR RISKJI TA` TERZI PERSUNI - POLZA TAS-SIGURTA' - SOSPENSJONI TAL-LICENZA TAS-SEWQAN
Fil-Qosor
Il-fatt li wiehed, filwaqt li jippermetti s-sewqan ta` vejikolu tal-mutur teighu minn persuna li maghandhiex licenza tas-sewqan mill-Pulizija, u b'hekk ma kienx kopert bil-polza tas-sigurta`, haseb li huwa kien "covered", ma hux affattu, "sic et simpliciter", "special reason" biex il-Qorti timmitiga l-eprijodu fissatt mill-ligi ghall-iskwlaifika tal-hati milli jkollu jew jottjeni licenzi tas-sewqan. L-assikurat hu fid-dover li jinforma ruhu dwar il-portata tal-polza, jekk ma jifhemx sewwa l-estensjoni tal-"cover" taghha; u biex ikun hemm "special reason" jehtieg li hu mhux biss ikun haseb anki jekk onestament li kien kopert, imma jehtieg li kien hemm cirkustanzi li kien ragjonevolment jiggustifikawh jahseb hekk. Lanqas ma jiswa bhala "special reason" il-fatt li hu kien qieghed jissolvelja s-sewqan. Il-konkors ta xi "special reason" ma hix materja li titqies leggerment jew b'facilita`, jew incidentalemnt, imma li ghandha tigi maturata sewwa u meditata in linea pricnipali; ammennokke` wiehed ma jridx jiffrustra l-ligi tas-sigurta` relativa ghall-cars.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni