Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1061

Judgement Details


Date
27/06/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CARMELO BUSUTTIL vs JOSEPH CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"DAMNUM EMERGENS" U "LUCRUM CESSANS" - ART. 1090 U 1183 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - INTERESSI - MANDAT TA' ELEVAZZJONI - PROVA
Summary
Il-ligi tiddisponi illi min jikkaguna hsara lil hadd iehor konsistenti filli jtellfu l-uzu ta' flusu, dik il-hsara tissewwa bil-hlas tal-imghaxijiet, li jitqiesu bir-rata ta' hamsa fil-mija fis-sena;b'dan illi, jekk l-eghmil ta' min ikaguna dik il-hsara jkun doluz, dawk l-imghaxijiet jitqiesu bir-rata ta' sitta fil-mija. Ghaldaqstant, jekk wiehed jottjeni l-ispedizzjoni ta' mandat ta' qbid kontra pretiz debitur tieghu dolozament, u l-ezekutat minhabba dak il-mandat jiddepozita taht l-awtorita'tal-Qorti s-somma dedotta fil-mandat, u b'hekk jitlef l-uzu tal-flus hekk depozitati, l-imghaxijietjitqiesu bis-sitta fil-mija. B'dan kollu, pero', l-ezekutat jibqa' dejjem fl-obligu li jipprova d-danni skond il-principji generali, li ma jiddistingwux f'dan ir-rigward bejn id-"damnum emergens" ul-"lucrum cessans"; jigifieri illi l-ezekutat jibqa' dejjem obligat jipprova li hu effettivament tilef dawk l-imghaxijiet sew ghax dawk il-flus kienu depozitati b'mod fruttiferu, sew ghax tilef l-opportunita' li jislef jew jinnegozja dawk il-flus. U jekk dik il-prova ma ssirx, it-talba ghad-danni ma tirnexxix; ghax il-konvenut, ghad li jkun generikament responsabbli tad-danni, mhux tenut jirrifondi dik il-hsara li ma gietx pruvata. Huwa veru illi l-ligi wkoll tiddispensa lill-kreditur mill-prova tat-telf, trattandosi ta' dewmien fl-ezekuzzjoni ta' obligazzjoni ta' flus; izda din id-dispozizzjoni mhix applikabbli ghall-kaz simili, billi tikkontempla biss l-interessi moratorji, dovuti cjoe'ghall-kaz ta' dewmien fl-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni, mentri f'kaz simili si tratta minn interessikonpensattivi; u billi din hija dispozizzjoni ta' natura eccezzjonali, ghax tidderoga ghar-regola generali tal-prova tad-danni, ma tistghax tigi estiza u applikata ghal kaz guridakament divers, li ghalhekk jibqa' regolat mill-principji generali f'materja ta' prova.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info