Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1163

Judgement Details


Date
11/11/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE MALLIA vs CARMELO GIORDMAINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1644 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-QBEJJEL - CITAZZJONI - DANNI FIL-FOND MIKRI - GUDIKAT - KAWZALI - LOKAZZJONI
Summary
Il-Qorti ma tistghax tiehu konjizzjoni ta' motivi ohra, bhala gustifikanti d-domanda, li jkunu jikkonstitwixxu kawzali gdida u differenti minn dik espressament indikata fic-citazzjoni. Dwar dawn il-motivi godda jibqa' rizervat lill-attur kull dritt jew azzjoni ohra lilu kompetenti, "si et quatenus". L-inkwilin ta' fond rustiku jaghmel danni lill-fond jekk huwa jaqla' s-sigar, jew inehhi bieb minn razzett li hemm fil-fond, jew ma jikkoltivax il-fond u jittraskurah, jew ma jaghmelx minnu uzu ta'missier tajjeb tal-familja; imma biex il-lokatur ikun intitolat jitlob ir-rizolazzjoni tal-lokazzjoni minhabba hsara fil-fond, jehtieg li l-hsara tkun ta' certa gravita', li fid-diskrezzjoni tal-Qorti tkun tali li tiggustifika l-applikazzjoni ta' sanzjoni hekk gravuza bhal ma hija r-rizoluzzjoni tal-kuntratt tal-kiri. Ghalkemm l-eccezzjoni tar-"res judicata" ma tkunx giet formalment moghtija, il-Qorti ma tistax tinjoraha jekk anki ssir riferenza ghal kawza ohra fejn l-istess motivi ta' rizoluzzjoni tal-lokazzjoni gew dedotti u nghatat decizjoni dwarhom; anzi l-Qorti hi obligata tokkupa ruhhaminn dik l-eccezzjoni; u d-domanda ghar-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni ghandha tigi respinta jekk tkunbazata fuq il-motiv ta' hsara fil-fond, jekk fuq l-istess motivi tkun ga giet respinta mill-Board tal-Qbejjel. Ghaliex dan il-Board ghandu funzjoni gudizzjarja, u d-decizjoni tieghu hija ekwiparabbli ghal decizjoni tal-Qrati ordinarji, u minnha johrog il-gudikat meta jirrikorru l-elementi l-ohra tal-gudikat. U lanqas ma jkun il-kaz li l-allegati danni jigu riparati mill-konduttur waqt li l-lokazzjoni tkun miexja; ghaliex provvediment simili jista' jinghata biss f'kaz ta' danni gravi u urgenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info