Referenza: Volum 35C (1951), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 739

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/07/1951
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOSEPH LA ROSA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Fost kazijiet ohra, l-Attorney General jista' jappella minn sentenza tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati meta l-Magistrat, wara li jkun semgha u vvalja l-provi, ikun ta interpretazzjoni jew ghamel enunzjazzjoni hazina tal-ligi meta applikaha ghall-fatti kif pruvati.Biex wiehed jara jekk is-sentenza hijiex appellabili fuq dan il-motiv, hija haga essenzjali li wiehed ihares aktar lejn is-sustanza tas-sentenza milli lejn il-kliem taghha. Jekk wiehed jigi kundannat b'sentenza biex inehhi inkonvenjentfi zmien determinat, taht penali ghal kull gurnata ta' ritard, u jigi migjub mill-gdid quddiem il-Qorti biex ihallas il-penali ghax ikun naqas milli jezegwixxi dik is-sentenza, l-uniku motiv sostenibili ghall-liberazjoni tieghu mill-akkuza l-gdida hija l-impossibilita' assoluta, u mhux biss dik relattiva, jew l-insufficjenza tal-mezzi minnu adoperati halli jezegwixxi l-ordni lilu mpost bis-sentenza precedenti. Fil-kaz prezenti, dan il-principju gie applikat kontra l-imputat, li kien kundannat biex inehhi avviz li kien zebagh mal-hajt minghajr permess tal-Board ta' l-Estetika, u rega' gie mharrek biex ihhalllas il-penali ghax il-mezzi minnu adoperati biex inehhi dak l-avviz ma kienux sufficjenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni