Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 583

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/10/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
TOMMASO SAMMUT vs CARMELA FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2217 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI REIVINDIKATORJA - NOTA TA` OSSERVAZZJONIJIET - PRESKRIZZJONI
Fil-Qosor
L-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tista' tinghat f'kull waqt tal-kawza, anki fl-appell; u ghalhekk anki, meta jkun gie adaperat perit gudizzjarju, wara li l-perit ikun ipprezenta r-relazzjoni tieghu. Eccezzjonijiet formali, bhal ma hija dik tal-preskrizzjoni, ma ghandhomx jinghataw f'noti ta' osservazzjonijiet, imma bil-mod formali proceduri; u meta l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ma tigix moghtija formalment, qisha mhix quddiem il-Qorti; ghaliex il-preskrizzjoni ma tistax tigi sollevata mill-Qorti"ex officio". Imma jekk il-Qorti taccetta n-nota ta' osservazzjonijiet li biha tkun giet sollevatal-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, l-istess eccezzjoni tista' tigi ezaminata u deciza; u dan izjed u izjed jekk, wara dik in-nota; ikunu gew skambjati bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti diversi noti ta' osservazzjonijiet in meritu ghall-istess eccezzjoni. L-azzjoni tal-proprjetarju biex jiehu dak li hu tieghu ma tistax tigi opposta b'semplici preskrizzjoni estintiva, fondata fuq l-inazzjoni biss; imma b'dik akkwizittiva, koinvolgenti l-pussess u fondata fuq dak il-pussess, anki jekk l-istess pussess ikun in malafede jew altrimenti vizzjat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni