Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 113

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/04/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GRAZIA MANGION vs ANTONIO MIFSUD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"AGRICULTURAL LEASES (RESRICTION OF RENT) REGULATIONS, 1943" - BENEFIKATI AGRIKOLI - BOARD TAL-QBEJJEL - GURISDIZZJONI - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-Bord tal-Qbejjel, imwaqqaf bl-"agricultural leases (Restriction of Rent) Regulations" tal-1943,jezercita funzjonijiet gudizzjarji, u d-decizjonijiet tieghu huma ekwiparabbli ghad-decizjonijiet tal-Qrati ordinarji. Jekk id-decizjoni ta' dak il-Board kienet fil-limiti tal-gurisdizzjoni tieghu, allura dik id-decizjoni tikkostitwixxi gudikat, u l-partijiet ma jistghux imorru konra taghha. Il-Board tal-Qbejjel jista' jimponi lis-sid xi kondizzjoni meta jakkorda t-talba tieghu ghall-izgumbrament tal-gabillott mir-raba' mqabbel ghandu, bhal ma hi dik li jhallas lill-gabillott il-benefikati lidan ikun ser ihalli fir-raba' li minnu huwa jkun kostrett johrog. L-impozizzjoni ta' kondizzjoni simili hija fil-gurisdizzjoni tal-Board; u s-sid ma jistghax jakkolji d-decizjoni tal-Board in kwantuakkordatlu l-izgumbrament tal-gabillott u jirripudjaha in kwantu mponietlu xi kondizzjoni bhal dik li jhallas il-gabillott tal-benefikati. U billi d-decizjonijiet ta' dak il-Board ma hemmx qppell minnhom, ladarba d-decizjoni tkun taqa' fil-gurisprudenza tal-Board, il-meritu taghha mhux ulterjormentsindakabbli, u dik id-decizjoni tifforma gudikat li jorbot lill-partijiet kienu x'kienu l-pattijiettal-lokazzjoni. B'mod illi, jekk il-Board jimponi lis-sid l-obligu li jhallas il-gabillott tal-benefikati, is-sid ghandu jhallas dawn il-benefikati anki jekk skond il-pattijiet lokatizji l-istess mahemmx lok ghall-hlas taghhom.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni