Referenza: Volum 44B (1960), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 65

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/03/1960
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MARIA DOLORES PALMIER vs CHARLES HERBERT GEORGE BIGGERSTAFF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - APPELL - BOARD TAL-KERA - FAMILJA - KUNJATA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Meta l-Board tal-Kera, biex jiddeceidi jekk il-fond offert bhala "alternative accomodation" huwiex "suitable" jew le ghall-intimat, ikun ha in konsiderazzjoni wkoll lill-kunjatu tal-intimat li jkun jabita mieghu , u l-loaktur jipprentendi li b'hekk il-Board applika l=ligi hazin, ikun hemm kwistjonita` ligi, li tirrendi dik is-sentenza appellabbli. Is-soluzzjoni tal-Board fis-sens illi l-kunjatughandu jigi mehud in konsiderazzjoni ghall-finijiet tas-"suitability" tal-fond offert hi legalment korretta; ghax gie kostantement ritenut illi l-kelma "familja", fil-kontest tal-ligi tal-kera, u fin-nuqqas ta` kliem iehor li jillimita s-sinifikat taghha, ghandu jkollha t-tifsir ordinarju tahha, maghandhiex tinghata ebda nterpretazzjoni stretta. Normalment, ghall-fini tal-ligi tal-kera, jitqiesu bhala membri tal-fmailja tal-kerrej dawk kollha li joqghodu mieghu permanentement, fis-sens li jaghmlu d-dar taghhom mieghu. Ladarba l-kwistjoni legali tkun giet rizoluta sewwa mill-Board, il-fattimhumiex sindakabbli mill-Qorti tal-Appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni