Referenza: Volum 73 (1989), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 95

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/07/1989
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
ANTHONY CORESCHI vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA U L-MINISTRU TA' L-INTERN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - KANCELLAMENT TA' - KOSTITUZZJONI - KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - LICENZJA - NULLITA TA' - REAT KRIMINALI - REGOLAMENTI TAT-TRAFFIKU - RIKORS - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
Ir-rikorrent talab dikjarazzjoni li r-Regolamenti 23 tal-Motor Vehicles Regulation 1948 jilledi d-dritt tieghu ghal smigh xieraq minn qorti imparzjali u indipendenti kif protett mill-artikolu 39 tla-Kostituzzjoni. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talba tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali rriformat u ddikajrat li l-imsemmmi regolament kien jilledi d-drittijiet protetti protetti taht l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni. Meta imputat ihoss li gew ivvjolati d-drittijiet fundamentali tieghu, l-fatt biss li hu ma jqajjimx kwistjoni kostituzzjonali quddiem il-Qorti kriminali biex din taghmel ordni ta' riferenza, imma jaghzel li jaghmel rikors quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili majwasslux ghan-nullita' ta' dak ir-rikors. Ghat-tenur tar-Regolament 23 maghzul taht l-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap. 65) il-Kummissarju jista', fil-kaz ta' ksur tar-regolamenti u l-ligijiet, jissospendi jew jikkancella licenzja. Dan il-Kummissarju tal-Pulizija jista' jaghmlu metatigi stabbilita l-assistenza tar-reat konsistenti fil-ksur fuq imsemmi. Ghalhekk id-determinazzjonita' l-assistenza tar-reat mill-Kummissarju nnifsu tikser il-garanzija kostituzzjonali ghal smigh xieraq minn Qorti imparzjali u indipendenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni