Reference: Volume 37B (1953), Part No. 1, Section 1, Page 280

Judgement Details


Date
19/06/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANNETTO XUEREB MONTEBELLO ET vs PAOLINA MAGRI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTIUS NON TOLLENDI" - "NE LUMINIBUS AFFICIATUR" - ART. 563 TAL-KODICI CIVILI - PUSSESS - REINTEGRAZZJONI - SERVITU` "LUMINIUM" - SPOLL - TERMINU - TIEQA - TOLLERANZA
Summary
Hu pacifiku fil-gurisprudenza maltija illil-ezistenza ta` tieqa miftuha fil-fond propju ghal fuq artsapzju mhux mibni ta` haddiehor ma hix servitu`, imma sofferenza prekarja sakemm l-art jew spazju jibqghu mhux mibnijin. U sid din l-art jew dan l-ispazju jista` jibni u jimmura t-tieqa, ammenokke`s-sid tal-fond li fih hi miftuha t-tieqa ma jippruvax, mhux is-servitu` "luminium, imma jew is-servitu` "ne luminibus afficiatur' jew dik "altius non tolledni". hu elemtari, f'materja ta` pussess, illi l-pussess li trid il-ligi fl-ispoljat ghallf-inijiet ta` l-azzjoni ta` reintegrazzjoni ma hemmx bzonn ikun pussess b'titolu ta` proprjeta` jew ta` servitu`, izda hu bizzejjed pussess kwalunkwe, anki purament materjali u "di fatto". imma hud ejjem mehtieg li l-attur jipprova li ghandu "un possesso di fatto". Issa, la-tti ta` mera tolleranza ma jistghux iservu ta` fodnament ghall-akkwist tal-pussess; u allura tieqa simili, li hija semplici att ta` tolleranza, ma taghtix lanqas dak il-pussesss kwalunkwe li huwa oggett tar-reintegranda. Jekk stess l-ispoljat handu pussess tutelabili bl-azzjoni tar-reintegranda, l-azzjoni teighu ma irnexxix jekk ma tkunx giet ezercitata "infra bimestre". Fid-dottrina u fil-guriprudenza hemm diskordja dwar minn meta ghandu jibda jghaddi dan it-terminu ta`xahrejn. Uhud isostnu li dan it-terminu jibda jghaddi mill-ahhar att konsumativ ta` l-ispoll; ohrajn jghidu illi hemm l-ispoll ukoll met ajigi kommess att li jiddisturba l-godiment, avvolja ma jkunxgieb privazzjoni totali tal-godiment lill-ispoljat. Fil-kaz prezenti, dina l-kwistjoni ma gietx deciza; u dana ghaliex il-Qorti sabet illi, anki kieku kellha tittiehed it-tezi l-aktar favorevolu ghall-attur, illi cjoe` t-temrinu ta` xahrejn ghandu jibda jghaddi mill-ahhar att kunsumativ ta` l-ispoll, jigi li dejjem l-azzjoni giet ezercitat wara li kien ghadda dak it-terminu. U dan aparti li l-istess Qorti rriteniet ukoll illil-azzjoni ma setghetx tirnexxi anki ghaliex l-attur ma kellux il-pussess tutelbili bl-azzjoni ta` spoll.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info