Referenza: Volum 33G (1949), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 894

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/1949
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs EMMANUELA GRIMA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISKREZZJONI TAL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - TALB TA' KARITA'
Fil-Qosor
Min jitlob il-karita' fi triq jew spazju publiku, meta jkun qieghed jircievi sussidju minn fondi publici, jew ikun irrifjuta ghajnuna publika li giet lilu offerta, jista' jigi processat bla ma jehtieg xejn aktar; mentri jekk huwa ma kellux dik il-ghajnuna publika, jinhtieg biex huwa jigi processat,test tal-mezzi tieghu u tal-kapacita' tieghu ghax-xoghol. Dan it-test huwa mholli fid-diskrezzjonital-Kummissarju tal-Pulizija, u l-opinjoni tal-Kummssarju tal-Pulizija ma hijiex sindakabili mill-Qorti ; b'mod li l-Qorti ma ghadhiex tara hija stess jekk min talab il-karita ma kellux mezzi biex jghix jew kienx kapaci ghax-xoghol, imma ghadha tara biss jekk jirrizultax li l-imputat talab il-karita' fi triq jew spazju publiku u jekk il-Kummissarju tal-pulizija ezercitax id-diskrezzjoni tieghu fis-sens li hu ta' l-opinjoni li l-imputat ghandu mezzi jew hu kapaci ghax-xoghol. Din id-diskrezzjonital-Kummissarju tal-Pulizja hija sindakabili mill-Qorti biss meta tkun manifestament ingusta; u trid tkun l-opinjoni ta' dak il-Kummissarju, u mhux dik ta' xi ufficjal subaltern ghalih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni