Referenza: Volum 75 (1991), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 68

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/02/1991
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
L-ONOREVOLI JOSEPH DEBONO GRECH vs ALBERT MIZZI U ALFONSO CARUANA NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - DISKRIMINAZZJONI - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IMPJIEG - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - NULLITA' - SOCJETA` PRASTATALI - TERMINAZZJONI
Fil-Qosor
L-esponent issottometta li l-azzjonijiet ta` l-intimat huma motivati politikament u jikkostitwixxu diskriminazzjoni bi ksur ta` l-artikolu 45 tal-Kostituzzjoni. L-intimati Ministru ghall-Izvilupp Terzjarju u s-Segretarju Parlamentari ghall-Affarijiet Marittimi stqarrew lil -allegat impieg u t-terminazzjoni tieghu saret mill-Mediterranean Oilfield Services Co. Ltd. li ghandha personalita` guridika u distinta taghha u li ghalhekk huma gew imharrka inutilment u ghandhom jigu lberati mill-osservanza tal-gudizzju. Id-diskriminazzjoni projbita mill-artikolu 45(2) tolqot l-operat ta` tlett kategoriji ta` persuni: (i) dawk li jagixxu bis-sahha ta` ligi miktuba; (ii) dawk li jagixxu biex jaqdu funzjonijiet ta` xi kariga pubblika; (iii) dawk li jagixxu biex jaqdu funzjonijiet ta` xi awtorita`pubblika. Ir-rikorrent jidher li kien interessat biss fl-ahhar zewg kategoriji - u ghalhekk l-EwwelQorti kkunsidrat li s-socjeta` intimata mhix il-legittima kontradittirici tar-rikorrent ghaliex mataqdix funzjoni ta` xi awtorita` pubblika u dan ghaliex hija socjeta` kummercjali anonima u hekk tibqa` allavolja l-Gvern ghandu l-kontroll effettiv taghha. L-artikolu 110(6) tal-Kostituzzjonali jirregol l-hatra, it-tnehhija u d-dixxiplina fuq persuni li jiokkupaw karigi ufficjali. Dawn il-poterihuma investiti fil-Prim Ministru li jagixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Prim Ministru jista` fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubblikujiddelega kull wiehed minn dawn il-poteri lil xi ufficjal pubbliku jew wtorita`, liema delega tridissir bil-miktub u tkun konformi ma` dak li hem fis-sub-inciz (2) ta l-artikolu 110. Is-sub-inciz 96) ta` l-artikolu 110 ghalhekk jinteressa s-socjeta`intimata u din met tigi biex timpjega li l xi hadd trid jew taghmel ezami pubbliku jew tuza "is-servizz ghall-impjegat povdut minn fondi pubblici".Kull persuna guridika kemm civili ukemm kummercjali li hija effettivment kontrollata mill-Gvern matistax tigi kkusndirata li hija ghal kollox barra mill-ambitu kostituzzjonali ghal dak li huwa l-obbligu li jigu osservati d-drittijiet u l-libertatiet fundamentali ta` l-individwu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni