Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 136

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/03/1998
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs TARCISIO FENECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
OMICIDJU INVOLONTARJU
Fil-Qosor
Biex wiehed jifhem l-assenza vera tal-kolpa wiehed irid izomm f'mohhu li fil-hajja socjali spiss jinholqu sitwazzjonijiet li fihom attivita' diretta ghal xi fini partikolari tista' taghti lok ghal konsegwenzi dannuzi lil terzi. L-esperjenza komuni jew l-esperjenza teknika - cjoe' l-esperjenza komuni ghall-bnedmin kollha jew dik l-esperjenza ta' kategorija ta' nies li jesplikaw attivita' partikolari - tghallem li f'dawn il-kazijiet wiehed ghandu juza certi prekawzjonijiet bil-ghan li jevita li l-interessi ta' l-ohrajn jigu ppregudikati. L-artikolu 225 tal-Kodici Kriminali taghna jirreferi ghar-regoli ta' kondotta derivati mill-esperjenza komuni jew teknika bil-kliem "nuqqas ta' hsieb", "traskuragni", u "nuqqas ta' hila fl-arti jew professjoni", filwaqt li dawk ir-regoli ta' kondotta statutorjament stabbiliti huma indikati bil-kliem "nuqqas ta' tharis ta' regolamenti". Hu appena necessarju jinghad li b'nuqqas ta' tharis ta' regolamenti l-legislatur mhux qed jirreferi biss ghal-legislazzjoni sussidjarja (li tigi fis-sehh permezz ta' avvizi legali, notifikazzjonijiet tal-Gvern, ordnijiet, ecc.), izda ghal kull forma ta' kondotta statutorjament stabbilita u ghalhekk qed jirreferi ukoll ghal dawk ir-regolamenti ppromulgati minn enti privati (per ezempju r-regolament infassra minn sidta' fabbrika biex jipprevjeni hsara ghal kull min jahdem jew jidhol f'dik il-fabbrika).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni