Referenza: Volum 41A (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 65

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
SALVATORE EBEJER vs SALVATORE CIAPPARA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"SELF INFLICTED HARDSHIP" - BOARD TAL-KERA - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Hija regola gurisprudenzjali illi min zgumbrat mill-fond fejn joqghod in segwitu ghal sentenza tal-Qorti jew ta' xi awtorita' ohra, jista' jitlob li jiehu lira, biex imur fih, fond tieghu mikri lil hadd iehor, u jimpedixxi fuq dan il-motiv ir-rilokazzjoni; billi l"hardship" tas-sid li jinsab taht zgumbrament huwa akbar minn dak tal-kerrej li kontra tieghu, hu agixxa ghall-zgumbrament. Pero', jekk is-sid ikun ipprovoka huwa stess, b'manuvra arkitettata ghal dak l-skop, l-izgumbrament tieghu innifsu, allura l-Qorti ma tistax tezawdixxi t-talba tieghu bazata fuq ingann. Imma jekk il-lokatur rikorrent ikun tilef il-fond li kellu minhabba li hu biddel id-destinazzjoni tal-fond, u ma jirrizultax li dan ghamlu bhala stratagemma tieghu biex iqieghed ruhu f'pozizzjoni vantagguza fil-kawza eventwali kontra l-intimat, ma ghandux jigi ritenut li hu l-kaz ta' "self inflicted hardship", fis-sens ta' zgumbrament prokurat apposta; u ghaldaqstant ir-regola fuq enuncjata tibqa' applikabbli. Ghall-finijiet tal-applikabbilita' ta' dan il-principju, l-unika gradizzjon ta' htija amissibbli hi dik jekkl-att li bih ntilrf il-fond huwiex jew le manuvra artificjalment kreata biex jigi prokurat l-izgumbrament, b'mod li l-proceduri susseweni jkunu radikali fuq dan l-ingann.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni