Reference: Volume 42F (1958), Part No. 4, Section , Page 1510

Judgement Details


Date
25/10/1958
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs SAVIOUR GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GABILLOTT - SERVITU' - VJOLAZZJONI TA' PROPRJETA'
Summary
Fil-kaz ta' gabillotti li jiddetjenu bcejjec ta' raba' tal-istess sid, ma jistghux minn dawk il-gabillotti jigu kostitwiti servitujiet veri u proprji, ghax huma mhumiex sidien tar-raba'. Eppure bejndawk l-istess gabillotti jistghu isiru arrangamenti ghas-servizz tajjeb tar-raba'; u dawn l-arrangamenti gew dejjem rikonoxxuti bhala vinkolanti mill-gurisprudenza lokali u gw imsejhin b'nomenklaturadiversa in bazi ghall-insenjament dottrinali, cjoe' "modus vivendi", jew "diritti di obbligazione",jew servizzi, u anki servitu' personali. Ghalhekk il-gabilott li jostakola d-drittijiet derivantilil gabillott iehor minn dawn is-servitu' personali, jikkommetti vjolazzjoni ta' proprjeta ta' dak il-gabillott l-iehor; u dan avvolja r-raba' originarjament kien gie moghti lill-gabillott b'cens u dan ic-cens ikun ghalaq, jekk fil-fatt il-gabillott li jilmenta minn dak il-vjolazzjoni jkun baqa' jgawdi dawk id-drittijiet bil-kunsens tal-gabillott l-iehor, li ghalhekk ikun estenda bil-fatt tieghu iz-zmien, altrimenti limitat, imsemmi fil-kuntratt tac-cens. Lanqas ma tiswa l-allegazzjoni li minnmindu ghalaq ic-cens il-padrun dirett ma jkunx ghadu rregola bejn dawk il-gabillotti t-titolu li bihhuma kienu sejrin ikomplu jiddetienu dak ir-raba'. Certament, regolament simili ikun ferm utili, biex jigu evitati kawzi li jqumu bejn dawn il-gabillotti fuq is-servizzi reciproci; liema servizzi jkunu jistghu jigu definittivament precizati f'dan ir-regolament. Cjo' non ostanti, ghall-finijiet tal-validita' tas-sevitujiet personali msemmija, dan ma jaghmelx differenza; ghaliex l-istess il-gabillotti ma humiex sidien issa, kif makienux qabel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info