Reference: Volume 80 (1996), Part No. 2, Section 1, Page 408

Judgement Details


Date
21/02/1996
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
ADRIAN MIFSUD NOE vs DIRETTUR TAL-PORTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
HLAS UNDER PROTEST - RIZARCIMENT TA' DANNI - TILWIM DWAR IT-TARIFFA APPLIKABBLI - TRASPORT TA' MERKANZIJA BIL-BAHAR
Summary
L-attur noe allega li sofra danni wara d-decizjoni li ha l-konvenut dwar liema tariffa kellha tigi applikata ghat-trasport bil-bahar ta' numru ta' trailers li kienu jikkontjenu gageg vojta. Mill-provi u mill-ammissjoni ta' l-istess attur nomine jirrizulta li l-konvenut ma ha l-ebda azzjoni sua sponte. Dan intervjena u agixxa fil-vertenza bejn is-socjeta' attrici u l-haddiema tal-port ghax hekk kien mitlub jaghmel mill-istess attur nomine. Il-Qorti hi ezawtorata mill-kompetenza li tinvestiga l-meritu tal-vertenza inkwantu hu materja li jaqa' fil-kompetenza tat-Tribunal specjali mwaqqaf appositament b'ligi biex jiehu konjizzjoni ta' tilwim bejn min ihaddem u l-haddiema tal-port. Jekk l-attur nomine ghazel ghal ragunijiet tieghu li ma jadottax ir-rimedju lilu moghti appozitament bil-ligi,ma jistax issa jilmenta li sofra danni proprju minhabba l-inadempjenza tieghu. Il-Qorti ma tifhimxkif jista' l-attur nomine jippretendi li jigi risarcit ghal danni li jirrapprezentaw l-ammont - skond hu indebitament imhallsa lill-haddiema tax-xatt u minnu mhux dovuti ghas-servizzi realment lilu rezi - minghand il-konvenut u mhux minghand l-istess haddiema tax-xatt li nkassaw l-indebitu. Meta l-attur nomine hallas under protest wiehed jifhem li r-rizerva fuq il-pagament kienet qed tinzamm fir-rigward ta' min ircieva l-hlas indebitament u mhux fir-rigward tat-terz li jirrizulta li hu estraneju ghall-kuntratt ta' garr ta' merkanzija bejn l-attur nomine u l-haddiema tax-xatt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info