6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 72
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
24/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
AVUKAT DR. GIUSEPPE PACE NE. vs MARIETTA ANNATI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
BEJGH - FONDAZZJONI TA' QUDDIES - IMMISSJONI FIL-PUSSESS - INTERESS - LEGAT PIJU - SINDKU APOSTOLIKU
Fil-Qosor
L-ordni religjuz Franceskan hu fondat fuq l-"altissima poverta", u l-patrijiet huma inkapaci li jircievu legati. Meta l-fidili jhallu lil dak l-Ordni laxxitix piji, il-patrijiet jaghmlu uzu mis-Sindku Apostoliku taghhom, li dejjem irid ikun hemm wiehed f'kull provincja u f'kull kunvent, u li jigi nominat mill-Provincjal. Huma s-Sindku Apostoliku jagixxi fl-isem u bl-awtorita' biss tal-Papa, u mhux ta' haddiehor, avvolja jkun gie nominet mill-Ministru Generali jew mill-Provincjal. Il-funzjonijiet tas-Sindku Apostoliku huma erbgha. L-ewwel wahda tirrigwarda laxxiti ta' beni mobili u immobili; it-tieni wahda tirrigwarda, fost affarijiet ohra, ir-ricezzjoni ta' legali li jkunu destinati biexjigu konvertiti f'utilita' tal-partrijiet; it-tielet tir-tirgwarda l-poteri gudizzjali u estra-gudizzjali tas-Sindku Apostoliku; u r-raba' tirrigwarda l-konversjoni tal-laxxiti, in-nefqu taghhom. Ghaldaqstant, jekk jigi mibjugh fond imholli minn testatur li fuq dak il-fond ikun impona fondazzjonita' quddies li ghandu jsir mill-patrijiet, is-Sindku Apostoliku ta' dawk il-patrijiet ghandu, fl-ezercizzju tat-tielet funzjoni tieghu, interess guridiku attwali li jippromwovi azzjoni biex jigi annullat dak il-bejgh biex il-fond jerga' jidhol fil-patrimonju tat-testatur; u dan sabiex wara jkun jista' jitlob l-immissjoni fil-pussess ta' dak il-legat pinu minghand l-eredi u jipprocedi ghall-erezzjoni kanonika ta' dik il-fondazzjoni. U din l-azzjoni huwa jippromwoviha bl-awtorita' tas-Santa Sedeli giet lilu devoluta bil-fatt stess li hu gie nominat Sindku Apostoliku. Biex jipproponi l-gudizzju attwali, jigifieri dak tar-rivendika tal-fond, is-Sindku Apostoliku ghandu interess guridiku attwali, ghax f'dik il-kwalita' tieghu huwa diga jinsab awtorizzat "ratione offivii" li jippromwovi azzjoni simili. Inkwantu ghall-gudizzju futur, dak jigifieri biex tintalab l-immissjoni fil-pussess tal-laxxitu piju u l-erezzjoni kanoniku tal-fondazzjoni (anki jekk wiehed jghid li fil-gudizzju ghar-rivendika tal-fond ghandhu jigi ricerkat l-interess guridikat relativ ghall-gudizzju futur), is-SindkuApostoliku ghandu wkoll interess guridiku, provenjenti mit-tieni funzjoni tieghu fuq imsemmija, metajkun avvalorat b'rikjesta tal-Kappillan tal-Parrocca fejn ghandu jsir il-quddies, jew mill-MinistruProvincjali, jew mid-Definitorju tal-Partijiet, biex huwa jistitwixxi dak il-gudizzju.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta