Din l-applikazzjoni tintuża sabiex jiġu ppreżentati rikorsi quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ġurisdizzjoni Volontarja). Flimkien ma' dan ir-rikors jistgħu jiġu mehmuża d-dokumenti kollha li jsostnu t-talba jew talbiet magħmula fir-rikors.
Il-ħlas dovut għal dan ir-rikors isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.
Ir-rikors ippreżentat onlajn għandu jitqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġie ppreżentat direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti iżda meta r-rikors jiġi ppreżentat onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti mill-Kodiċi ta' Organizazzjoni u Proċeduta Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.
Nota Importanti
Ir-rikors għandu jsir bil-lingwa Maltija u jrid ikun iffirmat mill-applikant. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm għandha tiġi mehmuża kopja skennjata tar-rikors iffirmat.
Dritt għall-Aċċess
Din l-eForm tista' tintuża mill-Avukati, Prokuraturi Legali u Nutara li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur Qrati Ċivili u Tribunali fis-sistema diġitali tal-Qorti. Dawk li ma humiex inklużi fis-sistema diġitali tal-Qorti jistgħu japplikaw sabiex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita', l-indirizz tal-imejl u kopja tal-warrant biex teżerċita l-professjoni.