Ħarsa Ġenerali
Din il-formola tintuża biex tagħmel talba għall-kopja elettronika u/jew kopja stampata minn lista ta’ atti ġudizzjarji li ġew terminati.
X’ser tingħata
Tista’ titlob kopja elettronika ta’ att ġudizzjarj li huwa bla ħlas u/jew tordna kopja stampata bi ħlas sabiex tintbagħtlek bil-posta.
Eliġibbilita`
Din il-formula tista’ tiġi sottomessa mill-individwu
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha. L-informazzjoni korretta tal-att ġudizzjarju għandha titniżżel fil-formola.
Metodu ta’ Ħlas
Wara s-sottomissjoni tal-formola, tintbagħat konferma lill-applikant fejn tinkludi n-numru ta’ referenza tal-applikazzjoni. L-Amministrazzjoni tal-Qorti tagħmel it-tfittxija neċessarja tal-att ġudizzjarju. Se jintbagħat imejl lill-individwu dwar ir-riżultat tat-tfittxija flimkien mal-ammont ta’ ħlas dovut. Il-ħlas irid isir onlajn u l-prova tal-ħlas għandha tintbagħat lill-Amministrazzjoni tal-Qorti. L-Amministrazzjoni tal-Qorti jipprepara d-dokument u jibagħat il-kopja stampata/vera kopja bil-posta fl-indirizz provdut mill-individwu.
L-ebda ħlas ma huwa meħtieġ għal talba ta’ att ġudizzjarji li jintbagħat bil-posta elettronika.
Kronoloġija - Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġimgħa
Indirizz
L-Arkivju
Qorti tal-Ġustizzja (Malta)
Triq ir-Repubblika
Il-Belt Valletta
Indirizz Elettroniku
archiverequest.courts@courtservices.mt
Int m'intix illogjat. Jekk jogħġbok illogja biex tipproċedi.