Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 952

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/03/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FRANCESCO MIFSUD vs LEONE AGIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1949 U 1948 TAL-KODICI CIVILI - IMGHAX - SELF - SOCJETA' - UZURA
Fil-Qosor
Flus li jigu moghtija b'self huma suggetti ghar-regoli li jiggovernaw is-self, avvolja d-denominazzjoni li tinghata lill-att tkun diversa; u ghalhekk, fil-kaz li l-imghax ma jkunx gie miftihem, ir-rata tieghu ghandha titqies dik tal-hamsa fil-mija fis-sena; u jekk ikunu ihallsu imghaxijiet izjed minn dak permess mill-ligi, iz-zejjed jitnaqqas mill-kapital. Mhix accettabbli l-allegazzjoni li bejnil-partijiet, meta gew somministrati dawk il-flus, saret socjeta', jekk il-kumpens ghal dik is-somministrazzjoni kien perijodiku u dejjem l-istess, kien x'kien il-qliegh li min ircieva l-flus ghamel bl-impjeg taghhom. Ghax is-socjeta' u s-self huma zewg kuntratti li jixxiebhu hafna, u spiss saru tentattivi biex self jigi moghti l-apparenza ta' socjeta'; imma, jekk il-beneficcju attribwit lil minjivversa flusu ikun perijodiku u fiss, ikun hemm self; ghall-kuntrarju, jekk dak il-beneficcju jkunivarja u jkun proporzjonat ghall-profitti, ikun kaz ta' socjeta'. Konsegwentement, jekk wiehed jivversa flus biex min jircevihom ihaddimhom, b'dan li jobliga ruhu li jikkorrispondi rata fissa u perijodika ghall-uzu ta' dawk il-flus, u li tkun indipendenti mill-profitti li jkollu min jircievi dawk il-flus, ikun il-kaz ta' self, u mhux ta' socjeta'; u l-isem moghti lill-kuntrattazzjoni fis-sens lidin kienet socjeta' ikun qieghed jimmaskera operazzjoni ta' self; b'mod li jekk ir-rati li jithallsujkunu jissuperaw ir-rata legali tal-imghax, il-flus imhallsin izjed minn dik ir-rata jikkostitwixxuuzura, u ghandhom jigu ridotti ghar-rata legali, u z-zejjed jigi mnaqqas mill-kapital.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni