Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1014

Judgement Details


Date
12/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CLARA VELLA vs GERALD MATTEL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALIMENTI - ART. 2152 U 2174 TAL-KODICI CIVILI - ART. 256 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - EZEKUZZJONI - IPOTEKA - SENTENZA - TITOLU ESEKUTTIV
Summary
Minghajr dubju, is-sentenzi huma l-ewwel fost it-titoli ezekuttiv; imma d-dispozizzjoni tal-ligi litghid illi wara tliet snin minn dak inhar li t-titolu seta' jigi ezegwit ma tistghax tintalab dik l-ezkuzzjoni hlief wara talba b'citazzjoni quddiem il-Qorti kompetent, ghandha tinqara flimkien ma' dispozizzjonijiet ohra, fosthom dik illi fit-talba ghall-hrug ta' attijiet ezekuttivi ghandha tissemmas-somma jew il-haga li ghandha tinghata bis-sahha tat-titolu, u ghandha tigi konciljata u ssir skond il-principji f'materja ta' prestazzjonijiet perijodici u "a termine", fosthom il-krediti alimentari, jigifieri illi l-ezekuzzjoni tat-titolu ma tistghax tintalab qabel ma l-kreditu jkun skada. Ghaldaqstant, ma hux bizzejjed illi jkunu ghaddew aktar minn tliet snin, jew li jkun miet id-debitur, izda jehtieg ukkoll illi jkun hemm kreditu dovut bis-sahha tat-titolu, u li l-kreditu jkun skadut. Konsegwentement, min ghandu kreditu ta' alimenti b'sentenza ma jistghax jitlob li tigi maghmula ezekuttiva dik is-sentenza kontra l-eredi tad-debitur ta' dawk l-alimenti, avvolja ikunu ghaddew aktar minn tliet snin minn meta s-sentenza setghet tigi ezegwita, u avvolja dak id-debitur ikun miet, jekk il-kreditur, meta jaghmel dik it-talba ma jkollu jiehu xejn bis-sahha ta' dik is-sentenza ghaliex l-alimenti jkunu thallsu regolarment. Lanqas tiswa l-allegazzjoni li l-kawza tkun saret biex is-sentenza ottenuta kontra d-debitur tal-alimenti tkun tista' tigi inskritta kontra l-eredi; ghax il-kreditur, jekk ikun ghadu ma inskriviex dik is-sentenza kontra d-debitur originali, huwa ntitolat jinskriviha kontra d-debitur, minghajr ma jindika individwalemnt l-eredi tieghu, u l-beni tad-debitur jibqghumilqutin minn dik l-ipoteka mhux biss sakemm il-beni jkunu f'idejn l-eredi, izda wkoll wara li jghaddu f'idejn hadd iehor. Barra minn dan, anki f'kaz ta' ezitu favorevoli ghall-kreditur, l-ipoteka gudizzjali ma tkunx tista' tohrog favur tieghu, billi huwa jkun qieghed jitlob semplicement l-awtorizzazzjoni biex jezegwixxi s-sentenza, minghajr ma jispecifika ebda ammont skond ma tirrikjedi l-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info