Reference: Volume 32D (1946), Part No. 2, Section , Page 397

Judgement Details


Date
27/06/1946
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
PAOLO DIACONO ET. vs DOTTOR GIOVANNI SCICLUNA, LL.D., NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 93, 117, 118, 100 U 325 TAL-KODICI CIVILI. - AZZJONI TA' REKLAM TA' STAT TA' IBEN LEGITTIMU - LEGITTIMAZZJONI "PER SUBSEQUENS MATRIMONIUM" - PATERNITA' - PROVA - REGISTRAT PARROKJALI
Summary
L-azzjoni ta' reklam ta' stat ta' iben legittimu ma tistax tigi esperta mill-werrieta jew dixxendenti ta' dak l-iben hlief fil-kaz li dak l-iben ikun miet meta kien ghadu taht l-eta', jew fi zmien hames snin wara li jkun sar ta' l-eta': u l-werrieta jew dixxendenti jistghu jkomplu din l-azzjoni jekkit-tifel ikun bdiha u miet waqt li kienet ghadha pendenti. It-tifel li jigi legittimat biz-zwieg sussegwenti ta' missieru u ommu, ma ghandux bzonn jirreklama l-istat ta' iben legittimu; ghax dik il-legittimazzjoni tavvera ruhha "ipso jure" u b'effett retroattiv ghall-jum tal-koncepiment. Il-legittimazzjoni ta' trifel illegittimu ghandha titnizzel fir-Registru Publiku b'annotazzjoni fil-margini.Ghalkemm ir-Registru Parrokjali gew preskritti f'dawn il-Gzejjer ghal skop ekklezjastiku, b'dana kollu l-Poter Civili u l-qorti tal-Gustizzja dejjem ikkunsidrawhom ammissibili biex jaghmlu prova legali tal-kontenut taghhom, sa prova kuntrarja. Biex tista' ssir il-legittimazzjoni "per subsequens"hemm bzonn illi filwaqt tal-koncepiment il-missier u l-omm ikunu liberi; u ma ssirx hlief meta t-tifel ikun gie maghruf mill-missier u l-omm b'dikjarazzjoni fl-att taz-zwieg jew xorta ohra, inkella meta l-genituri jkunu gew dikjarati b'sentenza tal-Qorti bhala missier u omm it-tifel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info