Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 723

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/1954
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
EMMANUELE CAMILLERI NE. vs ANTHONY CALASCIONE NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI REDIBITORJA U AZZJONI ESTIMATORJA - BEJGH - PRESKRIZZJONI JEW DEKADENZA - TERMINU - VIZZJI OKKULTI
Fil-Qosor
L-opinjoni prevalenti f'materja ta' azzjoni redibitorja u ta' azzjoni estimatorja hija fis-sens illit-terminu mpost mill-ligi ghall-ezercizzju ta' dawk l-azzjonijiet huwa terminu ta' dekadenza, u mhux terminu ta' preskrizzjoni, u meta d-dritt ghall-propozizzjoni ta' dawk l-azzjonijiet ikun spicca bid-dekorrenza taz-zmien, ma jistghux mill-kompratur jigu opposti "in via di eccezione". Lanqas it-trattativi li jistghu jkunu hemm bejn iz-zewg kontraenti waqt id-dekorrenza taz-zmien, biex jirrangawjew jirrizolvu l-kwistjoni, ma jistghu jkollhom effikacja interruttiva, ammenokke' bhala effett u fil-kors ta' dawk it-trattativi, u fil-waqt li jkun ghaddej iz-zmien, il-venditur ma jkunx irrikonoxxa, u ma jkunx ma ikkuntrastax l-ezistenza tal-vizzju; b'mod li, biex il-kumpratur jista' jsostni l-azzjoni tieghu proposta wara d-dekors taz-zmien, jehtieglu jipprova illi huwa, fiz-zmien utili, informa lill-venditur bil-vizzju tal-haga, u li dan, f'dak iz-zmien, ipprometta li jiehu l-haga lura, jewalmenu rrikonoxxa jew ma kkuntrastax l-ezistenza tal-vizzju. U r-rikonoxximent tal-vizzju da partital-venditur, biex jissospendi d-dekadenza ta' l-azzjoni redibitorja, irid ikun car, formali, esplicitu, inkondizzjonat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni